Language of document : ECLI:EU:T:2008:170





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2008 – WWF‑UK vs Il-Kunsill

(Kawża T-91/07)

“Rikors għal annullament – Regolament (KE) Nru 41/2007 – Irkuprar tal-istokkijiet tal-merluzz – Stabbiliment tat-TAC għas-sena 2007 – Att ta’ applikazzjoni ġenerali – Nuqqas ta’ interess individwali – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Regolament li jistabbilixxi għas-sena 2007 l-qabdiet totali permissibbli għas-sajd tal-merluzz fiż-żoni koperti mir-Regolament li jistabbilixxi miżuri għall-irkuprar tal-istokkijiet ta’ merluzz (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 423/2004 u Nru 41/2007) (ara l-punti 64-79)

2.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Regolament li jistabbilixxi għas-sena 2007 l-qabdiet totali permissibbli għas-sajd tal-merluzz fiż-żoni koperti mir-Regolament li jistabbilixxi miżuri għall-irkuprar tal-istokkijiet ta’ merluzz (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1367/2006; Regolamenti tal-Kunsill Nru 423/2004 u Nru 41/2007; Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370) (ara l-punti 81-82)

3.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Abbuż ta’ poter – Gravità tan-nuqqas tal-istituzzjoni kkonċernata – Nuqqas ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva kontra dan in-nuqqas – Interpretazzjoni contra legem tal-kundizzjoni marbuta mal-ħtieġa li persuna tkun individwalment ikkonċernata – Inammissibbiltà (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 85-88)

Suġġett

Annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007, tal-21 ta’ Diċembru 2006, li jistabbilixxi, għall-2007 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għall-bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet li huma suġġetti għal limiti ta’ qbid (ĠU 2007, L 15, p. 1), safejn huwa jistabbilixxi l-qabdiet totali permissibbli (TAC), għas-sena 2007, għas-sajd tal-merluzz fiż-żoni koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2004, tas-26 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi miżuri għall-irkuprar tal-istokkijiet ta’ merluzz (ĠU 2004, L 70, p. 8).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

WWF-UK Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.