Language of document :

d:\documents\tra-doc\t-2016-0224\tra-doc-mt-req_comm-t-0224-2016-201604361-02_00.doc

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2016 – Messe Friedrichshafen vs EUIPO - El Corte Inglés (Out Door)

(Kawża T-224/16)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Messe Friedrichshafen GmbH (Friedrichshafen, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Schulte Hemming, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni bil-kuluri iswed, isfar u oranġjo li tinkludi l-element verbali “Out door” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6938864

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 2302/2011-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark “Out Door” (Applikazzjoni Nru 6938864) għall-prodotti u s-servizzi tal-klassijiet 9, 16, 25, 28, 35, 37, 38, 41, 42, 43 u 45;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tirrifjuta t-trade mark “Out Door” (Applikazzjoni Nru 6938864) għall-prodotti u s-servizzi tal-klassi 35:

“organizzazzjoni u ġestjoni ta’ kungressi, konferenzi, seminars u workshops, fieri u fieri bi skopijiet ekonomiċi u ta’ reklamar, inkluż permezz tal-internet u mezzi elettroniċi oħra; servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ parteċipazzjoni fil-fieri; promozzjoni tal-bejgħ u medjazzjoni kummerċjali, kuntatti ta’ provvista u ta’ negozju kif ukoll tranżazzjonijiet kummerċjali għal prodotti għall-konsum u għal tagħmir industrijali permezz tal-internet u ta’ mezzi oħra ta’ komunikazzjoni elettroniċi, inkluż bl-użu ta’ fiera virtwali; provvista u kiri ta’ żoni u ta’ pożizzjonijiet fil-fieri kummerċjali, inklużi l-elementi rilevanti ta’ tagħmir (inklużi f’din il-klassi); reklamar għal eżebituri u komunikazzjoni ta’ reklamar; dekorazzjoni ta’ stands u palkijiet ta’ eżebizzjoni”

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’din il-kawża.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009.

____________