Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2023 – Olvi vs EUIPO – Koninklijke De Kuyper (FIZZ Cider)

(Kawża T-1132/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Olvi Oyj (Iisalmi, Il-Finlandja) (rappreżentant: K. Rantala, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Koninklijke De Kuyper BV (Schiedam, Il-Pajjiżi l-Baxxi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea FIZZ Cider – Trade mark tal-Unjoni Nru 1 046 531

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Settembru 2023 fil-Każ R 2011/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, u

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill flimkien mal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Ksur tal-Artikolu 95(1) u tal-Artikolu 94(1) flimkien mal-Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) u l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________