Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2023 – Dyadema vs EUIPO – Pegador (PEGADOR)

(Kawża T-1124/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dyadema Srl (San Zenone degli Ezzelini, l-Italja) (rappreżentanti: F. Celluprica, F. Fischetti u F. De Bono, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pegador GmbH (Emsdetten, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “PEGADOR” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 511 714

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Settembru 2023 fil-Każ R 331/2023-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż relatati mal-istadji iktar kmieni tal-proċedimenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________