Language of document :

Rikors ippreżentat fil-24 ta’ Novembru 2023 – Rodríguez Ruiz vs EUIPO – Scherer (LEMOON)

(Kawża T-1009/23)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Miguel Ángel Rodríguez Ruiz (Albelda de Iregua, Spanja) (rappreżentant: J. Pérez Itarte, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Markus Scherer (Mannheim, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “LEMOON” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 183 606

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Lulju 2023 fil-Każ R 352/2023-5

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla/tirrevoka d-deċiżjoni kkontestata u tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 183 606 LEMOON għall-prodotti fil-klassijiet 32 u 33;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjent (jekk huwa jintervjeni f’dan ir-rikors) għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tad-dipartiment tat-tranżazzjonijiet u quddiem il-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO;

sussidjarjament, u fil-każ fejn il-Qorti Ġenerali tiċħad parzjalment ir-rikors, tirrevoka d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tikkundanna lir-rikorrent għall-ħlas tal-ispejjeż proċedurali sostnuti fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva quddiem il-EUIPO (EUR 1 570).

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 68, 94 u 95 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u nuqqas ta’ difiża;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________