Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Diċembru 2007 - Rotter vs L-UASI (EU-BRUZZELL)

(Kawża T-449/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Thomas Rotter (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.Müller, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-partijiet rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, tas-27 ta' Settembru 2007, R 1415/2006-4;

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti waqt ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : it-trade mark tridimensjonali "EU-BRUZZEL" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 30 u 43 (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 346 185).

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: jiċħad parzjalment l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tiċħad ir-rikors.

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/941, billi t-trade marks li qed tintalab ir-reġistrazzjoni tagħhom m'għandhomx karattru distintiv fir-rigward taz-zalzetti in kwistjoni.

____________

1 - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it- trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).