Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta' Diċembru 2007 - WellBiz vs L-UASI - Wild (WELLBIZ)

(Kawża T-451/07)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: WellBiz Verein, WellBiz Association (Eschen, il-Liechtenstein) (rappreżentant: M. Schnetzer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Rudolf Wild GmbH & Co. KG (Eppelhein, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, tat-2 ta' Ottubru 2007, kawża R 1575/2006-1;

tiċħad l-oppożizzjoni ta' l-opponent tad-9 ta' Marzu 2005 Nru B 809 394;

tikkundanna lill-UASI u l-opponent jbatu l-ispejjeż kemm ta' dan ir-rikors u ta' l-oppożizzjoni, kif ukoll tar-rikors quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: WellBiz Verein, WellBiz Association

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "WELLBIZ" għal servizzi fil-klassijiet 35 u 41 (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3 844 479).

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Rudolf Wild GmbH & Co. KG.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: "WILD.BIZ" għal servizzi fil-klassijiet 38, 41 u 42 (trade mark Komunitarja Nru 2 225 175), fejn l-oppożizzjoni hija bbażata fuq parti mis-servizzi fil-klassi 41.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tilqa' l-oppożizzjoni fir-rigward tas-servizzi kollha fil-klassi 41.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tiċħad ir-rikors.

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/941, ladarba t-trade marks konfliġġenti huma differenti fuq il-livell tas-smigħ, dak viżiv u dak kunċettwali; barra minn dan, it-trade mark li fuqha hija bbażata l-oppożizzjoni ma tgawdix fama ta' livell partikolarment għoli, b'tali mod li n-natura distintiva tagħha mhijiex b'saħħitha.

____________

1 - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it- trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).