Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta' Mejju 2010 - Deutscher Ring vs UASI (Deutscher Ring Sachversicherungs-AG)

(Kawża T-209/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutscher Ring Sachversicherungs-AG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Busse, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinni) tal-11 ta' Marzu 2010 fil-Każ R-1290/2009-1 u tirreġistra t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni: it-trade mark verbali "Deutscher Ring Sachversicherungs-AG" għal servizzi fil-klassi 36.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1 sa fejn it-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni għandha karattru distintiv u mhijiex sempliċement deskrittiva.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)