Language of document : ECLI:EU:T:2007:31

DIGRIET TAL-QORTI TAL-PRIM'ISTANZA (It-Tielet Awla)

5 ta' Frar 2007 (*)

“Kwistjonijiet proċedurali – Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà – Rikors għal kumpens ta’ danni – Telf ta’ qligħ – Talba għall-ħlas lura ta' dazji anti-dumping – Inkompetenza ”

Fil-kawża T‑91/05,

Sinara Handel GmbH, stabbilita f'Cologne (il-Ġermanja), irrappreżentata minn K. Adamantopoulos u E. Petritsi, avukati,

rikorrenti,

vs

Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, irrappreżentat minn J.-P. Hix, bħala aġent, assistit minn G. Berrisch, avukat,

u

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, irrappreżentata minn N. Khan u T. Scharf, bħala aġenti,

konvenuti,

li għandha bħala suġġett rikors għal kumpens ta’ danni skond l-Artikolu 288 KE, intiż sabiex ikun ikkumpensat id-dannu allegatament subit mir-rikorrenti b'riżultat ta' l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2320/97, tas-17 ta' Novembru 1997, li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tubi u pajpijiet mingħajr saldatura, tal-ħadid jew ta' l-azzar mhux ligat, li joriġinaw mill-Ungerijia, mill-Polonja, mir-Russja, mir-Repubblika Ċeka, mir-Rumanija u mir-Repubblika Slovakka, li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1189/93 u li jtemm il-proċedura li tikkonċerna l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Kroazja (ĠU L 322, p. 1),

IL-QORTI TAL-PRIM'ISTANZA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ (It-Tielet Awla),

komposta minn M. Jaeger, President, V. Tiili u O. Czúcz, Imħallfin,

Reġistratur: E. Coulon,

tagħti l-preżenti

Digriet

 Il-fatti li wasslu għall-kawża

1        B;B'B'deċiżjoni mhux ippubblikata tal-25 ta' Novembru 1994 (Każ IV/35.304), adottata b'mod partikolari fuq il-bażi ta' l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17, tas-6 ta' Frar 1962, l-ewwel Regolament li jimplementa l-Artikoli [81] u [82] tat-Trattat (ĠU 1962, 13, p. 204,), il-Kummissjoni ddeċidiet li tipproċedi għal investigazzjoni dwar l-eżistenza eventwali ta' prattiċi antikompetittivi fir-rigward tat-tubi ta' azzar karboniku li jistgħu jiksru l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 81 KE.

2        Wara din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet, fl-20 ta' Jannar 1999, li tibda l-proċedura fil-każ IV/E-1/35.860-B - Tubi ta' l-azzar mingħajr saldatura), li fil-bidu tagħha hija adottat, fit-8 ta' Diċembru 1999, id-Deċiżjoni 2003/382/KE, dwar proċedura taħt l-Artikolu 81 [KE] (Każ IV/E-1/35.860-B - Tubi ta' l-azzar mingħajr saldatura) (ĠU 2003, L 140, p. 1, iktar 'il quddiem id-"deċiżjoni fuq l-akkordju"). Skond l-Artikolu 1(1) ta' din id-deċiżjoni, it-tmien impriżi destinatarji ta' din l-istess deċiżjoni "[...] kisru d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 81(1) tat-Trattat KE, billi ħadu sehem [...] fi akkordju li jipprovdi, fost oħrajn, għall-ħarsien tas-suq nazzjonali rispettiv tagħhom tat-tubi [Oil Country Tubular Goods] bil-kamin standard u l-[pajpijiet tal-qies għat-trasport] mingħajr saldatura".

3        L-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni fuq l-akkordju jiddisponi li l-ksur dam mill-1990 sa l-1995 għal Mannesmannröhren-Werke AG, Vallourec SA, Dalmine SpA, Sumitomo Metal Industries Ltd, Nippon Steel Corp., Kawasaki Steel Corp. u NKK Corp. Fir-rigward ta' British Steel Ltd, huwa indikat li l-ksur dam mill-1990 sa Frar 1994. Dawn l-impriżi ġew imposti b'multi li jammontaw, skond il-każ, minn EUR 8.1 sa 13.5 miljun.

4        Din id-deċiżjoni ġiet ippibblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea tas-6 ta' Ġunju 2003.

5        Barra minn hekk, wara lment imressaq mill-Kumitat għad-Difiża ta' l-industrija tat-tubi ta' l-azzar mingħajr qtugħ ta' l-Unjoni Ewropea fid-19 ta' Lulju 1996, il-Kummissjoni, b'applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta' Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 1996, L 56, p. 1), emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2331/96, tat-2 ta' Diċembru 1996 (ĠU L 317, p. 1), ippubblikat, fil-31 ta' Awwissu 1996, avviż ta' ftuħ ta' proċedura anti-dumping fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet ta' ċerti tubi u pajpijiet mingħajr saldatura, tal-ħadid jew ta' l-azzar mhux ligat, li joriġinaw mir-Russja, mir-Repubblika Ċeka, mir-Rumanija u mir-Repubblika Slovakka (ĠU C 253, p. 26).

6        Fis-29 ta' Mejju 1997, il-Kummissjoni addottat ir-Regolament (KE) Nru 981/97, li jistabbilixxi d-dazji anti-dumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tubi u pajpijiet mingħajr saldatura, tal-ħadid jew ta' l-azzar mhux ligat, li joriġinaw mir-Russja, mir-Repubblika Ċeka, mir-Rumanija u mir-Repubblika Slovakka (ĠU L 141, p. 36).

7        Fis-17 ta' Novembru 1997, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 2320/97 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tubi u pajpijiet mingħajr saldatura, tal-ħadid jew ta' l-azzar mhux ligat, li joriġinaw mill-Ungerijia, mill-Polonja, mir-Russja, mir-Repubblika Ċeka, mir-Rumanija u mir-Repubblika Slovakka, li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1189/93 u li jtemm il-proċedura li tikkonċerna l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Kroazja (ĠU L 322, p. 1, iktar 'il quddiem ir-"Regolament definittiv").

8        Fis-16Fis-16 ta' Lulju 2004, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1322/2004 li jemenda r-Regolament definittiv (ĠU L 246, p. 10). Skond l-Artikolu 1 ta' dan ir-regolament, huwa miżjud mar-Regolament definittiv Artikolu 8, li jipprovdi li l-Artikolu 1 tar-Regolament definittiv, li jimponi dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet li jipprevedi, mhuwiex aktar applikabbli wara l-21 ta' Lulju 2004.

9        Ir-rikorrenti, Sinara Handel GmbH, hija kumpannija Ġermaniża importatriċi, fil-Komunità, ta' tubi u pajpijiet mingħajr saldatura li joriġinaw mir-Russja. Din ilha tiddistribwixxi, mis-sena 2000, il-prodotti tal-kumpannija Sinarsky Pipe Works u, mit-tmiem tas-sena 2001, ta' Pipe Metallurgical Co. Matul il-perijodu kopert mir-rikors preżenti, jiġifieri bejn Ġunju 2000 u Diċembru 2002, hija ma kinitx teżerċita l-ebda attività oħra.

10      Minn Ġunju 2000 sa Diċembru 2002, sabiex tikkonforma ruħha ma' l-indikazzjonijiet ta' l-awtoritajiet tad-dwana Ġermaniżi, ir-rikorrenti importat fil-Komunità xi tubi li joriġinaw mir-Russja li hija ddikjarat li għandhom jitqiesu bħala li jaqgħu taħt il-kodiċi NM previsti fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament definittiv. Konsegwentement, l-imsemmija awtoritajiet ipproċedew għall-ġbir tad-dazji anti-dumping relatati ma' dawn l-importazzjonijiet, għal ammont totali ta' EUR 2,818,163.09 (EUR 420,810.52 għas-sena 2000, EUR 1,385,602.36 għas-sena 2001 u EUR 1,011,750.21 għas-sena 2002).

11      Ir-rikorrenti importat ukoll, waqt l-istess perijodu, xi tubi oħra li hija ma ddikjaratx bħala suġġetti għar-Regolament definittiv. Madankollu, l-awtoritajiet tad-dwana Ġermaniżi, peress li qiesu li uħud minn dawn l-importazzjoijiet kienu jaqgħu taħt dan ir-regolament, ħarġu avviżi għall-ġbir ta' dazji a posteriori, li ġew ikkontestati mir-rikorrenti. Attwalment, hemm seba' talbiet pendenti quddiem l-awtoritajiet tad-dwana filwaqt li rikors legali huwa pendenti quddiem il-Finanzgericht des Landes Brandenburg (Qorti finanzjarja tal-Land ta' Brandenburg, il-Ġermanja).

12      Barra minn hekk, peress li tqis li, minħabba b'mod partikolari l-metodu tal-manifattura tagħhom, ċerti tubi ddikjarati bħala suġġetti għar-Regolament definittiv ma jaqgħux taħt l-imsemmi regolament, ir-rikorrenti kkontestat il-klassifikazzjoni finali tagħhom quddiem l-awtoritajiet tad-dwana Germaniżi. Żewġ proċeduri li jirrigwardaw l-importazzjonijiet iddikjarati bħala suġġetti għar-Regolament definittiv għadhom pendenti quddiem l-awtoritajiet tad-dwana ta' Francfort an der Oder.

13      Minn naħa, fit-18 ta' Novembru 2003, ir-rikorrenti ppreżentat, quddiem dawn l-awtoritajiet, talba għall-ħlas lura tad-dazji miġbura minħabba importazzjonijiet li hija ssostni li kienu, b’mod żbaljat, ikklassifikati bħala li jaqgħu taħt ir-Regolament definittiv, fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta' Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, p. 1, iktar 'il quddiem il-"KDK"). Din it-talba ġiet miċħuda fir-rigward ta' 31 mid-diversi rċevuti doganali kkontestati. Dawn id-deċiżjonijiet huma bħalissa s-suġġett ta' appell.

14      Min-naħa l-oħra, fit-22 ta' Settembru 2004, ir-rikorrenti ppreżentat, fuq il-bażi ta' l-Artikolu 236 tal-KDK, talba ġdida għall-ħlas lura tad-dazji kollha li hija ħallset fir-rigward ta' l-importazzjonijiet iddikjarati bħala suġġetti għar-Regolament definittiv, inklużi fir-rigward ta' importazzjonijiet li l-klassifikazzjoni doganali tagħhom mhijiex ikkontestata, minħabba li dan ir-regolament huwa, allegatament, illegali. L-ammont totali ta' dazju li qiegħed jintalab l-irkupru tiegħu minħabba din ir-raġuni jammonta, fuq livell nazzjonali, għal EUR 4,346,558.09.

 Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet

15      B’att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-25 ta' Frar 2005, ir-rikorrenti ressqet dan ir-rikors.

16      B'atti separati ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim'Istanza rispettivament fit-3 u fis-7 ta' Ġunju 2005, il-Kummissjoni u l-Kunsill qajmu eċċezzjoni ta' inammissibbiltà, skond l-Arrikolu 114(1), tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza.

17      Ir-rikorrenti ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha fuq dawn l-eċċezzjonijiet ta' inammissibbiltà fil-25 ta' Lulju 2005.

18      Fil-kuntest tal-miżuri ta' organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, il-Qorti tal-Prim'Istanza stiednet lir-rikorrenti sabiex tirrispondi għal ċerti domandi bil-miktub. Hija wieġbet għal din it-talba.

19      Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Prim’Istanza jogħġobha:

–        tordna lill-Kommunità tħallasha, bħala kumpens għat-telf ta' qligħ subit minħabba l-adozzjoni tar-Regolament definittiv għall-perijodu bejn Ġunju 2000 u Diċembru 2002, is-somma ta' EUR 1,633,344.33, bl-interessi moratorji bir-rata annwali ta’ 8 % ;

–        sussidjarjament, wara li tkun tat sentenza interlokutorja, tornda lill-Komunità tħallasha, għall-istess raġuni, somma li għandha tiġi ddeterminata bi ftehim bejn il-partijiet jew, fin-nuqqas ta' dan, minn sentenza finali tal-Qorti tal-Prim'Istanza:

–        tikkundanna lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jbatu l-ispejjeż.

20      Fl-eċċezzjonijiet ta' inammissibbiltà tagħhom, il-Kunsill u l-Kummissjoni jitolbu li l-Qorti tal-Prim’Istanza jogħġobha:

–        tiċħad ir-rikors bħala inammissibbli;

–        tikkundanna lir-rikorrenti tbati l-ispejjeż.

21      Fl-osservazzjonijiet tagħha fuq l-eċċezzjonijiet ta' inammissibbiltà, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Prim’Istanza jogħġobha:

–        tiċħad l-eċċezzjonijiet ta' inammissibbiltà tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

–        tikkundanna lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jbatu l-ispejjeż.

 Id-dritt

22      Skond l-Artikolu 114(1) tar-Regoli tal-Proċedura, jekk waħda mill-partijiet tagħmel talba f’dan is-sens, il-Qorti tal-Prim’Istanza tista’ tieħu deċiżjoni dwar l-inammissibbiltà, l-inkompetenza jew fuq kwistjoni mingħajr ma tidħol fil-mertu tal-kawża. Skond l-Artikolu 114(3) ta' l-istess Regoli, il-proċeduri dwar it-talba għandhom jitkomplew oralment sakemm il-Qorti tal-Prim’Istanza ma tiddeċidix mod ieħor.

23      Fil-kawża preżenti, il-Qorti tal-Prim'Istanza tqis li mid-dokumenti tal-fajl hija għandha informazzjoni biżżejjed sabiex tiddeċiedi mingħajr ma tkompli l-proċeduri.

 Fuq it-talba prinċipali

 L-argumenti tal-partijiet

24      Il-Kunsill u l-Kummissjoni jikkunsidraw li l-Qorti tal-Prim'Istanza mhijiex kompetenti sabiex tittratta r-rikors preżenti peress li dan jikkonċerna, fir-realtà, il-ħlas lura ta' dazji anti-dumping allegatament imħallsa.

25      Fil-fatt, it-telf ta' qligħ invokat huwa ekwivalenti għall-ammont ta' dawn id-dazji bit-tnaqqis ta' taxxi ipotetiċi. Dan jirriżulta mill-ittra ta' l-accountant ikkwalifikat tas-7 ta' Jannar 2005, ippreżentata mir-rikorrenti, li tgħid:

"Minħabba dazji anti-dumping imħallsa mill-2000 sal-2002 b'ammont totali ta' EUR 2,818,163.09, il-profitti miksuba matul is-snin 2000 sa 2002 tnaqqsu bl-istess ammont bil-konsegwenza li, minħabba t-tnaqqis fil-profitti, l-ammont ta' taxxi li kellhom jitħallsu kien inqas għoli.

Fl-eventwalità li d-dazji anti-dumping ta' EUR 2,818,163.09 ma kellhomx jitħallsu, il-profitt għal dawn is-snin kien ikun EUR 2,818,163.09 iktar.

Peress li l-profitti kellhom ikunu EUR 2,818,163.09, it-taxxi li kellhom jitħallsu fuq dawn il-profitti kellhom konsegwentement ikunu iktar għoljin.

[...] Jekk id-dazji anti-dumping ta' EUR 2,818,163.09 ma kinux dovuti għas-snin 2000 sa 2002, ammont adizzjonali ta' EUR 1,184,818.76 kien ikollu jitħallas bħala taxxi. Id-dannu reali għaldaqstant jammonta għal EUR 1,633,344.33."

26      Il-Kummissjoni tenfassizza wkoll li d-dannu li qiegħda tippretendi r-rikorrenti huwa biss konsegwenza ta' kontabbiltà tal-ħlas tad-dazji anti dumping allegatament dovuti, dannu li ma jistax jiġi ikklassifikat bħala telf ta' qligħ. Hija tfakkar li l-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċidiet fis-sentenza ta' l-24 ta' Ottubru 2000 Fresh Marine vs Il-Kummissjoni (T-178/98, Ġabra p. II-3331, punt 50), li rikors għal kumpens ta’ danni għandu jiġi ddikjarat bħala inammissibbli meta jkun intiż, fir-realtà, għar-revoka ta’ att li sar definittiv u meta jkollu bħala effett, jekk jintlaqa', li jneħħi l-effetti ġuridiċi ta' l-att in kwistjoni (sentenzi tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Marzu 1995, Cobrecaf et vs Il-Kummissjoni, T-514/93, Ġabra p. II-621, punt 59; ta' l-4 ta' Frar 1998, Laga vs Il-Kummissjoni, T-93/95, Ġabra p. II-195, punt 48, u Landuyt vs Il-Kummissjoni, T-94/95, Ġabra p. II-213, punt 48), li jkun il-każ, per eżempju, meta r-rikors għad-danni jkun intiż għall-pagament ta' somma li l-ammont tagħha jikkorispondi preċiżament għal dak li jkun tħallas mir-rikorrenti bħala dazju fl-eżekuzzjoni ta' l-att li sar definittiv (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta' Frar 1986, Krohn vs Il-Kummissjoni, 175/84, Ġabra p. 753, punt 33).

27      Il-Kummissjoni tqis li ċ-ċirkustanzi tal-kawża preżenti jikkorispondu għal din l-ipoteżi peress li l-intenzjoni tar-rikorrenti hija li tikseb it-tneħħija ta' l-effetti ġuridiċi tar-Regolament definittiv li ġew applikati fuqha billi titlob bħala kumpens somma ugwali għall-ammont ta' dazji effettivament imħallsa taħt dan ir-regolament.

28      Barra minn hekk, il-Kunsill josserva li, fl-opinjoni tiegħu, ir-rimedju legali xieraq kontra avviż ta' regolarizzazzjoni għall-finijiet ta' ġbir ta' dazji anti-dumping huwa rikors ibbażat fuq l-Artikoli 243 u 245 tal-KDK, kif implementati mid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru kkonċernat, jew talba għal maħfra skond l-Artikolu 236 tal-KDK. Ir-rikorrenti kienet, barra minn hekk, ikkontestat l-avviżi għal pagament maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana Ġermaniżi billi sostniet, b'mod partikolarti, l-illegalità tar-Regolament definittiv. Għalhekk, jekk il-qorti kompetenti adita għandha xi dubji fir-rigward tal-validità ta' dan ir-regolament, hija tista' tressaqhom quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari fuq il-bażi ta' l-Artikolu 234 KE. Fl-eventwalità li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata l-invalidità ta' dan ir-regolament, il-qorti nazzjonali tannulla l-avviżi għal pagament b'tali mod li r-rikorrenti titħallas lura l-ammont totali tad-dazji anti-dumping allegatament imħallsa, b'interessi bir-rata ta' 0.5% fix-xahar, skond l-Artikoli 236 u 238 ta' l-Abgabeordnung (Kodiċi Fiskali Ġermaniż).

29      Skond ġurisprudenza kostanti, ir-rikorrenti ma tistax titlob il-ħlas lura tad-dazji f'rikors għal kumpens ta’ danni ppreżentat fuq il-bażi tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 288 KE. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fis-sentenza tat-13 ta' Marzu 1992, Vreugdenhil vs Il-Kummissjoni (C-282/90, Ġabra p. I-1937, punt 12), li l-qrati nazzjonali biss huma kompetenti sabiex jieħdu konjizzjoni ta' azzjoni għall-irkupru ta' ammonti indebitament miġbura minn korp nazzjonali fuq il-bażi ta' leġiżlazzjoni Komunitarja sussegwentement iddikjarata invalida. Bl-istess mod, fis-sentenza tat-18 ta' Settembru 1995, Nölle vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (T-167/94, Ġabra p. II-2589, punt 35), il-Qorti tal-Prim'Istanza indikat li, fil-każ li individwu jqis ruħu ddanneġġjat mill-applikazzjoni ta' att normattiv Komunitarju li huwa jikkunsidra bħala illegali, huwa għandu l-possibbiltà, meta l-implementazzjoni ta' l-att hija r-responsabbiltà ta' l-awtoritajiet nazzjonali, li jikkontesta, meta ssir din l-implementazzjoni, il-validità ta' l-att quddiem qorti nazzjonali fil-kuntest ta' kawża kontra l-awtorità nazzjonali.

30      L-argumL-argumenti tar-rikorrenti li hija ma setgħax tippreżenta, fit-terminu preskritt, rikors għall-annullament tar-Regolament definittiv mhumiex rilevanti f'dan ir-rigward. L-ewwel nett, il-kwistjoni tirrigwarda, fil-kawża preżenti, ir-relazzjoni bejn ir-rikors għal kumpens ta’ danni u r-rinviju għal deċiżjoni preliminari għall-evalwazzjoni tal-validità, u mhux dik bejn ir-rikors għal kumpens ta’ danni u r-rikors għal annullament. It-tieni nett, ir-raġuni għalfejn ir-rikors tar-rikorrenti kontra r-Regolament definittiv kien ikun inammissibbli mhijiex li hija saret taf bid-deċiżjoni fuq l-akkordju meta kien tard wisq, iżda l-fatt li hija ma kinitix ikkonċernata individwalment minn dan ir-regolament fis-sens tar-raba' paragrafu ta' l-Artikolu 230 KE. Fl-aħħar nett, rikors għal kumpens ta’ danni ma jistax jintuża sabiex jiġu evitati r-rekwiżiti tat-terminu previst fil-ħames paragrafu ta' l-Artikolu 230 KE (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Diċembru 1967, Collignon vs Il-Kummissjoni, 4/67, Ġabra p. 469).

31      F'dak li jirrigwarda s-sentenza Krohn vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, iċċitata mir-rikorrenti, il-Kunsill isostni li l-estratti ċċitati mir-rikorrenti kienu jirrigwardaw il-kwistjoni ta' quddiem liema qorti għandha ssir talba għal kumpens fis-sitwazzjonijiet fejn l-awtoritajiet nazzjonali applikaw id-dritt Komunitarju, u mhux il-kwistjoni dwar id-determinazzjoni ta' dak li jista' jinkiseb bħala kumpens fuq il-bażi tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 288 KE.

32      Barra minn hekk, b'mod kuntrarju għall-affermazzjonijiet tar-rikorrenti, fid-dawl tal-fatt li l-qorti nazzjonali adita minnha għandha l-fakultà li tirrinvija quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, bħala domanda preliminari, il-kwistjoni tal-validità tar-Regolament definittiv, ir-rimedji nazzjonali joffru mezz effikaċji għall-assigurazzjoni tal-protezzjoni ta' l-individwi interessati.

33      Il-Kunsill jirrileva, barra minn hekk, li, f'kull każ, id-dritt Komunitarju direttament applikabbli jipprovdi, fl-Artikolu 236 tal-KDK, rimedju speċifiku meta d-dazji jkunu nġabru b'mod allegatament abbużiv. Skond id-dritt Komunitarju, debitur ta' l-awtoritajiet doganali jkollu, għaldaqstant, jirrikorri, fl-ewwel lok, għall-protezzjoni tal-qrati nazzjonali minflok ma jippreżenta rikors għal kumpens ta’ danni quddiem il-qrati Komunitarji.

34      Fl-aħħar, il-Kunsill u l-Kummissjoni josservaw li jekk jintlaqa' r-rikors preżenti, l-istess ikollu jsir fir-rigward tar-rikors nazzjonali ppreżentat mir-rikorrenti kontra l-avviżi għal pagament u dan iwassal għal sitwazzjoni fejn ir-rikorrenti jingħata kumpens doppju.

35      Ir-rikorrenti tikkunsidra li dan l-argument mhuwiex fondat.

36      Hija tenfassizza li r-rikors tagħha għandu bħala għan il-kumpens għat-telf ta' qligħ subit minħabba r-Regolament definittiv illegali, u mhux il-ħlas lura tad-dazji mħallsa. L-eċċezzjonijiet ta' inammissibbiltà fir-realtà jirrigwardaw biss il-metodu ta' kalkolu ta' dan it-telf ta' qligħ, li huwa kwistjoni ta' mertu, u mhux in-natura reali tar-rikors.

37      Fir-rigward ta' dan il-metodu, ir-rikorrenti tindika li d-dazji anti-dumping imħallsa intużaw bħala sempliċi "mezz ta' kalkolu" tad-dannu subit minnha, sabiex jiġi ddeterminat kif kienet tkun is-sitwazzjoni tagħha li kieku ma kellhiex tħallas dawn id-dazji. It-telf huwa għalhekk evalwat billi jsir paragun bejn il-profitti magħmula wara l-ħlas tad-dazji anti-dumping meta r-Regolament definittiv kien fis-seħħ u l-profitti li kienu jinkisbu li kieku ma tħallsux dawn id-dazji. Għaldaqstant, is-somma mitluba bħala kumpens, li tammonta għal EUR 1,633,344.33, hija differenti mis-somma ta' EUR 2,818,163.09 imħallsa bħala dazji anti-dumping. Dan il-metodu huwa barra minn hekk rikonoxxut mill-ġurisprudenza (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-4 ta' Ottubru 1979, Ireks-Arkady vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, 238/78, Ġabra p. 2955, punt 13).

38      Għaldaqstant, ir-rikors mhuwiex intiż sabiex jiġu kkanċellati l-effetti ġuridiċi tar-Regolament definittiv. Barra minn hekk, fil-każijiet fejn, bħal fil-kawża preżenti, l-att li jikkawża d-dannu ma jistax jiġi kkontestat fuq il-bażi ta' l-Artikolu 230 KE, azzjoni għal kumpens bħalma hija l-preżenti hija ammissibbli. Jekk ir-rikors jintlaqa', l-illegalità tar-Regolament definittiv tkun biss konsegwenza indiretta u tikkonċerna biss lill-partijiet fil-proċedura. Id-dannu li tiegħu ġie mitlub il-kumpens m'għandux konnessjoni ma' l-effetti ġuridiċi intrinsiċi ta' l-imsemmi regolament u ma jistax jiġi kkanċellat permezz ta' rikors għal annullament, kif ġie kkunsidrat fil-punti 47 sa 51 tas-sentenza Fresh Marine vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq.

39      Ir-rikorrenti tqis li l-ġurisprudenza ċċitata mill-Kunsill u l-Kummissjoni tirrigwarda l-każ eċċezzjonali fejn l-azzjoni għal kumpens hija intiża b’mod indirett sabiex tiġi evitata l-inammissibbiltà ta’ rikors għal annullament. Dan mhuwiex il-każ fil-kawza preżenti, peress li l-illegalità tar-Regolament definittiv ma kinitx evidenti fiż-żmien meta seta' jitressaq ir-rikors għal annullament, b'tali mod li din il-possibbiltà qatt m'għaddiet minn moħħ ir-rikorrenti. L-argumenti tar-rikorrenti dwar l-illegalità tar-Regolament definittiv huma għalhekk intiżi biss sabiex juru r-responsabbiltà tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u mhux sabiex jikkanċellaw l-effetti ta’ l-imsemmi regolament, kif ġie ikkunsidrat fis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta’ Diċembru 2003, DLD Trading vs Il-Kunsill (T-146/01, Ġabra p. II-6005, punt 52). L-argumenti tal-Kunsill jinjoraw għalhekk in-natura awtonoma tar-rikors għal kumpens ta’ danni u ma jikkunsidrawx li ebda indiwidwu, ikkonċernat individwalment jew le, ma seta' jinvoka l-illegalità tar-Regolament definittiv fuq il-bażi invokata fil-kuntest ta’ l-azzjoni preżenti, jiġifieri li d-deċizjoni fuq l-akkordju ma tteħditx in kunsiderazzjoni, peress li dan l-element ma setax ikun magħruf fiż-żmien meta kien imissu ġie ppreżentat ir-rikors għal annullament.

40      Barra minn hekk, b’mod kuntrarju għas-sitwazzjoni prevalenti fis-sentenzi ċċitati mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fil-punt 26 iktar 'il fuq, l-intenzjoni tar-rikorrenti mhijiex li tikseb il-ħlas ta’ somma li ġiet miċħuda lilha. Peress li qatt ma ressqet u tilfet rikors għal annullament, ir-rikorrenti ma tistax tiġi kkunsidrata bħala li qed tipprova tikseb l-istess riżultat b'mod indirett permezz ta’ azzjoni għal kumpens. Fuq kollox, il-Kunsill u l-Kummissjoni ma kkunsidrawx il-kuntest ta’ l-affermazzjoni li tidher fil-punt 50 tas-sentenza Fresh Marine vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, u riprodotta fil-gurisprudenza hemmhekk iċċitata, li ma tapplikawx ħlief taħt riserva taċ-ċirkustanzi partikolari għal kull affari.

41      Fl-=Fl-aħħar, ir-rikorrenti ssostni li r-rikors preżenti ma jistax iwassal għal ħlas lura doppju tad-dazji anti-dumping imħallsa inkwantu l-imsemmi rikors huwa intiż sabiex jinkiseb kumpens tat-telf ta' qligħ subit, li għandu natura ġuridika differenti minn dik ta' ħlas lura ta' somom imħallsa indebitament. Barra minn hekk, il-qrati nazzjonali m'għandhomx kompetenza sabiex jaġġudikaw danni u interessi meta d-dannu għandu l-oriġini tieħu fl-imġiba ta' l-istituzzjonijiet Komunitarji.

42      F;F'dan ir-rigward, ir-rikorrenti tosserva li, peress li l-awtoritajiet tad-dwana Ġermaniżi applikaw ir-Regolament definittiv validu mingħajr ma kellhom ebda marġni ta' diskrezzjoni, id-dannu allegat għandu l-oriġini tiegħu fl-imġiba dannuża ta' l-istituzzjonijiet Komunitarji. Għaldaqstant, il-qorti Komunitarja hija esklużivament kompetenti sabiex tieħu konjizzjoni tar-rikors mingħajr ma r-rikorrenti jkollha tissodisfa l-ħtieġa ta' l-eżawriment tar-rimedji nazzjonali (sentenza Krohn vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, punt 19). Barra minn hekk, ir-referenza magħmula mill-Kunsill għas-sentenza Vreugdenhil vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, tista' tqarraq peress li, fil-kawża preżenti, kuntrarjament għas-sitwazzjoni prevista f'dik is-sentenza, ir-Regolament definittiv qatt ma kien ġie ddikjarat invalidu. Barra minn hekk, li jiġi impost fuq ir-rikorrenti li qabel tressaq ir-rikors tagħha għal kumpens ta’ danni teżawrixxi r-rimedji fid-dritt nazzjonali għad-dispożizzjoni tagħha jkun kuntrarju għal amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u l-effikaċja tal-proċedimenti (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-24 ta' Ottubru 1973, Merkur Aussenhandels vs Il-Kummissjoni, 43/72, Ġabra p. 1055, punti 5 sa 7). Fil-fatt, peress li r-rikorrenti invokat l-illegalità tar-Regolament definittiv bħala motiv addizzjonali fil-kuntest tal-kawża nazzjonali dwar il-klassifikazzjoni ta' l-importazzjonijiet tagħha, hemm ir-riskju li d-deċiżjoni nazzjonali finali fuq it-talba għal-ħlas lura tiġi adottat biss f'data fil-bogħod.

43      F'kull każ, ir-rikorrenti tikkunsidra li, b'mod kuntrarju għar-rekwiżiti stabbiliti mill-ġurisprudenza, ir-rimedji nazzjonali li hija għandha għad-dispożizzjonijiet tagħha mhumiex ta' natura li jassiguraw b'mod effikaċji l-protezzjoni tagħha in kunsiderazzjoni tal-fatt li hija ma setgħatx tkun taf bid-deċiżjoni fuq l-akkordju, u għaldaqstant bl-illegalità tar-Regolament definittiv, qabel ma kien tard wisq. Għalhekk, kien biss fit-22 ta' Settembru 2004 li hija ppreżentat it-talba tagħha għal-ħlas lura tad-dazji kollha mħallsa, fuq il-bażi ta' l-Artikolu 236 tal-KDK, billi qajmet l-illegalità tar-Regolament definittiv, u dan wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fuq l-akkordju fis-6 ta' Ġunju 2003 u l-adozzjoni tar-Regolament Nru 1322/2004 fis-16 ta' Lulju 2004.

44      GħaldaqstanGħaldaqstant, fiż-żmien meta seħħet l-implementazzjoni tar-Regolament definittiv, ir-rikorrenti ma kellhiex il-possibbiltà li tikkonstata l-validità tiegħu quddiem il-qrati nazzjonali. Barra minn hekk, l-Artikolu 236 tal-KDK jipprovdi li d-dazji għandhom jitħallsu lura meta jkun stabbilit li, fil-mument tal-ħlas, l-ammont ta' dawn id-dazji ma kienx dovut. Issa, ir-rikorrenti tenfassizza li, fiż-żmien in kwistjoni, ir-Regolament definittiv kien validu u li, bħala konsegwenza, id-dazji anti-dumping kienu legalment dovuti. Barra minn hekk, hija ssostni li, fir-rigward tat-terminu ta' preskrizzjoni ta' tliet snin li jiddekorru mill-komunikazzjoni tad-dazji lid-debitur previst fl-Artikolu 236 tal-KDK, hija ma setgħatx titlob il-ħlas lura tad-drittijiet fuq il-bażi ta' l-illegalità tar-Regolament definittiv ħlief għall-perijodu ta' tliet snin ta' qabel l-introduzzjoni tat-talba tagħha fit-22 ta' Settembru 2004. Għaldaqstant, hija ma setgħatx tikseb il-ħlas lura tad-dazji mħallsa bejn Ġunju 2000 u Settembru jew Ottubru 2001.

 Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim Istanza

45      Il-Kunsill u l-Kummissjoni jsostnu, essenzjalment, li r-rikors preżenti huwa, fir-realtà, talba għal ħlas lura ta' dazji anti-dumping li r-rikorrenti kienet ħallset lill-awtoritajiet doganali nazzjonali b'applikazzjoni tar-Regolament definittiv. Issa, il-Qorti tal-Prim'Istanza mhijiex kompetenti sabiex tieħu konjizzjoni ta' tali talba.

46      Qabel kollox, f'dan ir-rigward, għandu jiġi enfassizzat li, skond l-Artikolu 236(2) tal-KDK, "[d]azji fuq l-importazzjoni […] għandhom jitħallsu lura jew jintb[agħ]tu [lura] malli tiġi preżentata applikazzjoni lill-uffiċju doganali xieraq fi żmien tl[ie]t snin mid-data li fiha l-ammont ta' dawk id-dazji kien ġie komunikat lid-debitur". Barra minn hekk, l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 243(1) tal-KDK jipprevedi li "[k]ull persuna għandu jkollha d-dritt li tappella kontra deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet doganali li jirrigwardaw l-applikazzjoni ta' leġislazzjoni doganali, u li tinteressa lilha direttament u individwalment." It-tielet paragrafu ta' din l-istess dispożizzjoni jindika li "[l]-appell għandu jiġi prezentat fl-Istat Membru fejn id-deċiżjoni tkun ittieħdet […]". Fl-aħħar skond l-Artikolu 245 tal-KDK, "[i]d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' l-appelli għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri."

47      Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li d-dritt Komunitarju sekondarju applikabbli ppreveda espressament ir-rimedju legali disponibbli għal debitur ta' dazji fuq l-importazzjoni li jqis li kien indebitament is-suġġett ta' l-impożizzjoni ta' dawn id-dazji min-naħa ta' l-awtoritajiet tad-dwana. Dan ir-rimedju jiġi eżerċitat fuq livell nazzjonali, skond il-proċeduri ta' appell implementati mill-Istat Membru in kwistjoni skond il-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 243 sa 246 tal-KDK. Fil-kuntest ta' tali appell, dan id-debitur jista', barra minn hekk, jitlob lill-qorti kompetenti li quddiemha tressqet il-kawża sabiex tagħmel rinviju għal evalwazzjoni tal-validità tad-dispożizzjoni Komunitarja li fuq il-bażi tagħha ġiet adottata d-deċiżjoni ta' impożizzjoni tad-dazji, skond is-subparagrafu (b) ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 234 KE.

48      Fil-każ ta' rikors għal kumpens ta’ danni pprezentat wara sentenza mogħtija fil-kuntest ta' tali rinviju għal deċiżjoni preliminari dwar l-evalwazzjoni tal-validità, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, barra minn hekk, li l-qrati nazzjonali biss għandhom kompetenza sabiex jieħdu konjiżżjoni ta' azzjoni għall-irkupru ta' ammonti indebitament miġbura minn korp nazzjonali fuq il-bażi ta' leġiżlazzjoni Komunitarja li sussegwentement tiġi ddikjarata invalida (sentenza Vreugdenhil vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, punt 12).

49      Fil-kawża preżentiFil-kawża preżenti, huwa veru li, b'mod formali, ir-rikorrenti kklassifikat id-danni li tagħhom kienet qed titlob kumpens bħala telf ta' qligħ. Issa, il-Qorti tal-Prim'Istanza diġa ddeċidiet li rikors ta' rikorrenti intiż għal kumpens ta' dannu kummerċjali, li jikkorispondi għal telf ta' qligħ marbut mas-sospensjoni ta' l-esportazzjonijiet tagħha lejn il-Komunità kif ukoll ma' l-ispiża involuta sabiex terġa' tistabilixxi l-pożizzjoni tagħha fuq is-suq Komunitarju, li jirriżulta minn żball tal-Kummissjoni li wassal għall-adozzjoni ta' miżuri provviżorji kontra l-importazzjoni tal-prodotti tagħha, huwa differenti minn talba intiża għat-tħassir tad-dazji anti-dumping u dazji provviżorji kompensatorji imposti fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti tagħha fil-Komunità u għar-rilaxx ta' l-ammonti ddepożitati, jekk ikun il-każ, fir-rigward ta' dawn id-dazji provviżorji u li, għaldaqstant, tali rikors għandu jiġi kkunsidrat bħala ammissibbli (ara, f'dan is-sens, is-sentenza Fresh Marine vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, punt 46).

50      Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti indikat b'mod espress, fl-att li bih ressqet ir-rikors, li dan ir-rikors huwa intiż sabiex jiġi kkumpensat it-telf ta' qligħ li jirriżulta mis-somom indebitament imħallsa bħala dazji anti-dumping. Barra minn hekk, kif josservaw il-Kunsill u l-Kummissjoni, mill-ispjegazzjonijiet tar-rikorrenti u mill-Annessi 12 u 13 ta' l-att imsemmi, kif ukoll mill-Anness 2 ta' l-osservazzjonijiet tagħha dwar l-eċċezzjonijiet ta' inammissibbiltà, jirriżulta li r-rikorrenti tevalwa it-telf ta' qligħ bħala s-somma tad-dazji anti-dumping imħallsa matul il-perijodu in kwistjoni, imnaqqsa mit-taxxi li hija kien ikollha tħallas fuq din is-somma li kieku l-imsemmija dazji ma tħallsux.

51      Minn dan isegwi li, lil hinn mid-denominazzjoni purament formali ta' telf ta' qligħ attribwita lid-dannu allegat, għandu jiġi kkonstatat li l-imsemmi dannu, kif identifikat u kkalkolat mir-rikorrenti, għandu, fir-realtà, jiġi kkunsidrat bħala li jirriżulta immedjatament, neċessarjament u esklużivament mill-ħlas tas-somma dovuta bħala dazji anti-dumping imposti, b'tali mod li r-rikors preżenti jikkonsisti, b'mod definittiv, f'talba għal ħlas lura, wara t-tnaqqis tat-taxxa, tad-dazji li hija allegatament ħallset meta ma kinux dovuti minnha. Is-sempliċi fatt li d-dannu li għalih intalab il-kumpens ma jikkorispondix eżattament għas-somma tad-dazji effettivament imħallsa m'għandux rilevanza f'dan ir-rigward inkwantu l-kumpens mitlub jirriżulta mit-tnaqqis sempliċi, applikat fuq din is-somma, tat-taxxi li r-rikorenti kien allegatament ikollha tħallas li kieku ma kinux imposti fuqha d-dazji anti-dumping. Għaldaqstant dan il-fatt ma jistax jaffetwa n-natura stess tat-talba preżenti.

52      Issa, skond il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 48 iktar 'il fuq, tali talba għal ħlas lura taqa' taħt il-kompetenza esklużiva tal-qrati nazzjonali. B'mod kuntrarju għall-affermazzjonijiet tar-rikorrenti, huwa indifferenti, f'dan ir-rigward, li, fil-kawża preżenti, ir-Regolament definittiv ma kienx ġie ddikjarat invalidu mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-okkażjoni ta' domanda għal deċiżjoni preliminari dwar il-validità.

53      Fil-fatt, anki jekk wieħed jaċċetta li l-Qorti tal-Prim'Istanza, fil-kuntest ta' l-eżami tal-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex ikun hemm ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità, tikkonstata li r-Regolament definittiv huwa vvizzjat b'illegalità, din iċ-ċirkustanza ma tistax twassal sabiex il-Qorti tal-Prim'Istanza ssir kompetenti sabiex tieћu konjizzjoni ta’ talba għal ħlas lura ta' ammonti miġbura mill-awtoritajiet tad-dwana fuq il-bażi ta' dan ir-regolament.

54      Minn naħa, għandu jiġi mfakkar f'dan ir-rigward, li, skond l-Artikolu 2(1)(b), taż-żewġ deċiżjonijiet dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej suċċessivament applikabbli għall-fatti tal-kawża preżenti, jiġifieri d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/728/KE, Euratom, tal-31 ta' Ottubru 1994 (ĠU L 293, p. 9), u wara l-1 ta' Jannar 2002, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom, tad-29 ta' Settembru 2000 (ĠU L 253, p. 42), jikkostitwixxu riżorsi proprji mdaħħla fil-bilanċ tal-Komunitajiet id-dħul li jiġi mit-"Tariffi Doganali Komuni u dazji oħra stabbiliti jew li se jkunu stabbiliti mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet rigwrad kummerċ ma' pajjiżi li mhumiex membri".

55      Barra minn hekk, l-Artikolu 8(1) ta' l-imsemmija deċiżjonijiet jipprevedi, b'mod partikolari, li r-riżorsi proprji tal-Komunitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1)(a) u (b) ta' dawn l-istess deċiżjonijiet għandhom jinġabru mill-Istati Membri skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali imposti b'liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva, li għandhom, fejn xieraq, jiġu emendati sabiex jissodisfaw il-kundizzjonijiet tar-regoli tal-Komunità.

56      Għalhekk, il-fatt li l-kompetenza relattiva għall-ġbir tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet, li fosthom jinsabu d-dazji anti-dumping, tappartjeni lill-awtoritajiet nazzjonali jiġġustifika li l-kawżi dwar ir-rifużjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni miġbura f'isem il-Komunità jaqgħu taħt il-kompetenza tal-qrati interni u għandhom jiġu deċiżi minnhom fil-kuntest tal-proċedura ta' appell implementata mill-Istat Membru kkonċernat skond il-prinċipji imposti fl-Artikoli 243 sa 246 tal-KDK (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Mejju 1976, Roquette Frères vs Il-Kummissjoni, 26/74, Ġabra p. 677, punt 11).

57      AF'dF'dan ir-rigward, għandu barra minn hekk jiġi rrilevat li, fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 11(8) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, li tippermetti lil importatur jitlob il-ħlas lura ta' dazji miġbura fejn jintwera li l-marġni ta' dumping li fuqu tħallsu d-dazji ġie eliminat jew imnaqqas għal livell inqas mil-livell ta' dazju fis-seħħ, anki jekk it-talba għal ħlas lura in kwistjoni tkun ippreżentata mill-importatur lill-Kummissjoni permezz ta' l-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu l-prodotti tqiegħdu għal ċirkulazzjoni libera, fl-eventwalità li l-Kummissjoni tiddeċiedi li din it-talba għandha tintlaqa', il-ħlas lura awtorizzat b'dan il-mod għandu normalment jitwettaq mill-Istati Membri f'terminu ta' 90-il ġurnata mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, u dan skond l-aħħar paragrafu ta' din id-dispożizzjoni.

58      mMin-naħa l-oħra, għandu jiġi rrilevat li, kif josservaw il-Kunsill u l-Kummissjoni, skond l-elementi li r-rikorrenti stess ipprovdiet, din ippreżentat, fit-18 ta' Novembru 2003, fuq il-bażi ta' l-Artikolu 236 tal-KDK, talba għall-ħlas lura tad-dazji anti-dumping imposti minħabba importazzjonijiet iddikjarati bħala suġġetti għar-Regolament definittiv, iżda li hija ssostni li ġew ikklassifikati bħala tali bi żball. Din it-talba ġiet miċħuda parzjalement u hija attwalment is-suġġett ta' proċedura ta' appell. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ppreżentat fuq l-istess bażi, fit-22 ta' Settembru 2004, talba għall-ħlas lura tad-dazji anti-dumping li hija kienet ħallset billi qajmet l-illegalità tar-Regolament definittiv.

59      Għalhekk, mhux biss is-somma tad-dazji anti-dumping li r-rikorrenti ħallset, b'mod definittiv, tista' titnaqqas, peress li l-klassifikazzjoni ta' uħud mill-importazzjonijiet in kwistjoni għadhom is-suġġett ta' kawża fuq livell nazzjonali, iżda, barra minn dan, huwa prevedibbli li, wara domanda għal deċiżjoni preliminari dwar il-validità tar-Regolament definittiv, ir-rikorrenti tingħata, mingħand l-awtoritajiet doganali nazzjonali, il-ħlas lura tad-dazji anti-dumping imħallsa.

60      Fil-fatt, in kunsiderazzjoni tal-fatt li r-rikorrenti, bir-rikors preżenti, tixtieq, b'mod definittiv, tikseb il-ħlas lura tad-dazji anti-dumping li ġew imposti fuqha minħabba li kienu bbażati fuq regolament illegali, għandu jiġi enfassizzat li, skond il-ġurisprudenza, fil-każ fejn individwu jqis ruħu ppreġudikat mill-applikazzjoni ta' att normattiv Komunitarju li huwa jikkunsidra bħala illegali, huwa għandu l-possibbiltà, meta l-implementazzjoni ta' l-att taqa' taħt ir-responsabbiltà ta' l-awtoritajiet nazzjonali, li jikkontesta, meta ssir din l-implementazzjoni, il-validità ta' l-att quddiem qorti nazzjonali fil-kuntest ta' kawża kontra l-awtorità nazzjonali. Din il-qorti tista', jew anki għandha, skond il-kundizzjonijiet ta' l-Artikolu 234 KE, tagħmel domanda dwar il-validità ta' l-att Komunitarju in kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' April 1984, Unifrex vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, 281/82, Ġabra p. 1969, punt 11; sentenza Nölle vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, punt 35).

61      HHuwa veru li, skond is-sentenza tal-15 ta' Frar 2001, Nachi Europe (C-239/99, Ġabra p. I-1197, punti 35 sa 37), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-prinċipju ġenerali li jassigura lill-applikant id-dritt, fil-kuntest ta' rikors mressaq skond id-dritt nazzjonali kontra ċ-ċaħda tat-talba tiegħu, li jeċċepixxi l-illegalità ta' att Komunitarju li jservi ta' bażi għad-deċiżjoni nazzjonali meħuda fil-konfront tiegħu, bl-ebda mod ma jipprekludi li regolament isir definittiv fil-konfront ta’ individwi li fir-rigward tiegħu r-regolament għandu jitqies bħala deċiżjoni individuali u li seta’ mingħajr dubju jitlob l-annullament tiegħu skond l-Artikolu 230 KE, fatt dan li jimpedixxi lil dan l-individwu milli jeċċepixxi quddiem il-qorti nazzjonali l-illegalità ta' dan ir-regolament (ara, f'dak li jirrigwarda deċiżjoni tal-Kummissjoni, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta' Marzu 1994, TWD Textilwerke Deggendorf, C-188/92, Ġabra p. I-833, punti 24 sa 25). Skond il-Qorti tal-Ġustizzja, tali konklużjoni tapplika għar-regolamenti li jistabilixxu dazji anti-dumping minħabba n-natura doppja tagħhom, li tirriżulta mill-fatt li r-regolamenti li jistabilixxu dazji anti-dumping, anki jekk għandhom natura normattiva minħabba n-natura u l-portata tagħhom, huma ta natura li jikkonċernaw individwalment u direttament, b'mod partikolari, dawk l-impriżi produtturi u esportaturi li jistgħu juru li huma identifikati fl-atti tal-Kummissjoni jew tal-Kunsill jew ikkonċernati mill-investigazzjonijiet preparatorji (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Frar 1984, Allied Corporation et vs Il-Kummissjoni, 239/82 u 275/82, Ġabra p. 1005, punt 12), jew anki dawk l-importaturi li l-prezz tal-bejgħ mill-ġdid tal-merkanzija in kwistjoni jkun il-bażi tal-kalkolu tal-prezz ta' esportazzjoni, fil-każ ta' assoċjazzjoni bejn l-esportatur u l-importatur (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Lulju 1990, Neotype Techmashexport vs Il-Kummissjoni u Il-Kunsill, C-305/86 u C-160/87, Ġabra p. I-2945, punt 19).

62      Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li, fil-kawża preżenti, ma jidhirx li r-rikorrenti taqa' f'wieħed minn dawn il-każijiet. Fil-fatt, min-naħa, ir-rikorrenti bl-ebda mod m'hija identifikata fir-Regolament Nru 981/97 u fir-Regolament definittiv bħala impriża produttriċi u esportatriċi u, bħala impriża importatriċi, ma setgħatx kienet ikkonċernata mill-investigazzjonijiet perparatorji bħala tali. Min-naħa l-oħra, minn dawn ir-regolamenti ma jirriżultax li l-prezz ta' bejgħ mill-ġdid tar-rikorrenti kien uzat bħala l-bażi tal-kalkolu tal-prezz għall-esportazzjoni, anki jekk jiġi aċċettat li hija kienet assoċjata ma' esportatur. F'kull każ, peress li Regolament definittiv kien ġie adottat fis-17 ta' Novembru 1997, tali kunsiderazzjoni kienet tkun kronoloġikament impossibbli fir-rigward tad-data ta' inkorporazzjoni tar-rikorrenti u dan kemm jekk wieħed jemmen l-affermazzjoni tar-rikorrenti li hija kienet ġiet ifformata skond id-dritt Ġermaniż f'Ġunju 2000 u kemm l-estratt mir-Reġistru tal-Kummerċ ta' l-Amtsgericht Köln (Qorti Distrettwali ta' Cologne, il-Ġermanja) riprodott fl-Anness 2 tar-rikors minn fejn jirriżulta li r-rikorrenti kienet irreġistrat għall-ewwel darba fil-11 ta' Diċembru 1997.

63      Għaldaqstant, mingħajr lanqas biss ma jkun hemm lok li jiġi ddeterminat jekk il-fatt li r-rikorrenti mhijiex ammissibbli sabiex teċċepixxi l-illegalità tar-Regolament definittiv jiġġustifikax li hija jkollha locus standi sabiex tippreżenta r-rikors preżenti, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma tistax tiġi kkunsidrata bħala direttament u individwalment ikkonċernata mir-Regolament definittiv, b'tali mod li hija ma tistax tiġi kkunsidrata bħala li ma tistax teċċepixxi l-illegalità tiegħu fil-kuntest ta' kawża nazzjonali b'applikazzjoni tal-ġurisprudenza li ħarġet mis-sentenza Nachi Europe, iċċitata iktar 'il fuq.

64      Għalhekk, bl-ebda mod ma jista' jiġi eskluż li, peress li għandha xi dubji fir-rigward tal-validità tar-Regolament definittiv minħabba l-motivi invokati mir-rikorrenti, jiġifieri l-allegat nuqqas ta' kunsiderazzjoni mill-imsemmi Regolament definittiv ta' l-impatt tad-deċiżjoni fuq l-akkordju, il-qorti nazzjonali li quddiemha tressqet il-kawża tagħmel talba għal deċiżjoni preliminari għall-evalwazzjoni tal-validità ta' l-imsemmi regolament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u li, jekk ikun il-każ, din ta' l-aħħar tiddikjarah invalidu.

65      IssaIssa, f'din l-eventwalità, għandu jiġi mfakkar li sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata l-invalidità ta' att Komunitarju timponi fuq il-qrati kollha ta' l-Istati membri l-obbligu li jikkunsidraw dan l-att bħala invalidu (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta' Mejju 1981, International Chemical Corporation, 66/80, Ġabra p. 1191, punt s 12 u 13), u tobbliga lill-awtur ta' l-att invalidat sabiex jemendah jew iħassru (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Ottubru 1977, Ruckdeschel et, 117/76 u 16/77, Ġabra p. 1753). Barra minn hekk, fl-ewwel lok huma l-awtoritajiet nazzjonali li għandhom jisiltu l-konsegwenzi, fl-ordinament ġuridiku tagħhom, tad-dikjarazzjoni ta' tali invalidità (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta' Ottubru 1975, Rey Soda, 23/75, Ġabra p. 1279, punt 51), li għandu jkollha bħala konsegwenza li d-dazji anti-dumping imħallsa ma jibqgħux legali u għandhom, bħala prinċipju, ikunu s-suġġett ta' ħlas lura mill-awtoritajiet doganali.

66      Barra li jirriżulta minn dak li ntqal li r-rikorrenti tiddisponi minn rimedju legali li jippermetilha tikkontesta b'mod utli l-validità tar-Regolament definittiv sabiex tikseb il-ħlas lura tad-dazji anti-dumping miġbura fuq il-bażi tiegħu u li għalihom hija kienet suġġetta, għandu jiġi rrilevat li, jekk il-Qorti tal-Prim'Istanza taċċetta t-talba preżenti tar-rikorrenti, din tista' tingħata kumpens darbtejn għall-istess telf.

67      Jirriżulta minn dak kollu li ntqal qabel li, peress li r-rikors preżenti għandu jiġi kkunsidrat, essenzjalment, bħala talba għal ħlas lura tad-dazji anti-dumping li r-rikorrenti ħallset lill-awtoritajiet doganali nazzjonali, il-Qorti tal-Prim'Istanza ma tiddisponix mill-kompetenza sabiex tieħu konjizzjoni tiegħu.

68      L-ebda wieħed mill-argumenti tar-rikorrenti ma jista' jikkontesta din il-konklużjoni.

69      Fl-ewwel lok, huwa veru li, kif tosserva r-rikorrenti, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat, fis-sentenza Merkur Aussenhandels vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq (punti 5 u 6), bħala risposta għall-argument tal-Kummissjoni li kien hemm lok għar-rinviju tar-rikorrenti quddiem l-awtoritajiet amministrattivi u ġudizzjarji nazzjonali, li jkollhom jippreżentaw lill-Qorti tal-Ġustizzja l-kwistjoni tal-validità tar-regolamenti kkontestati, li jkun kuntrarju għall-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u għall-ħtieġa li jitqassru l-proċeduri li r-rikorrenti tiġi obbligata tirrikorri għar-rimedji nazzjonali u b'hekk tistenna, matul perijodu pprolongat, li tingħata deċiżjoni definittiva dwar it-talba tagħha.

70      Madankollu, dik il-kawża tiddistingwi ruħha mir-rikors preżenti inkwantu bħala suġġett kellha talba għal kumpens tad-danni li batiet ir-rikorrenti minħabba n-nuqqas ta' l-iffissar, mill-Kummissjoni, ta' ammonti ta' kumpens għall-esportazzjoni ta' prodotti ttrasformati fuq il-bażi tax-xgħir. Issa, f'dan il-każ, id-dikjarazzjoni eventwali ta' l-invalidità tar-regolament in kwistjoni minħabba l-ommissjoni illegali tal-Kummissjoni li tiffissa tali ammonti bl-ebda mod ma jkollha l-effett li tagħti lir-rikorrenti l-kumpens li hija talbet fuq il-bażi tar-rikors għal kumpens ta’ danni tagħha, b'tali mod li, wara li tikseb tali dikjarazzjoni ta' invalidità, hija jkollha fi kwalunkwe każ tindirizza ruħha lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tikseb kumpens għad-dannu tagħha, peress li l-awtoritajiet nazzjonali ma jiddisponux mill-kompetenza biex sajiffissaw tali ammonti.

71      Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li, kif ġie espost hawn fuq, il-KDK jipprevedi b'mod espress proċedura partikolari fil-livell nazzjonali fl-eventwalità li debitur jqis ruħu indebitament suġġett għad-dazji fuq l-importazzjoni.

72      Fit-Fit-tieni lok, ir-rikorrenti tallega li t-terminu ta' preskrizzjoni ta' tliet snin previst fl-Artikolu 236 tal-KDK għandu bħala konsegwenza li jċaħħadha mid-dritt għal ħlas lura tad-dazji anti-dumping imħallsa fir-rigward tal-perijodu ta' tliet snin qabel il-preżentazzjoni tar-rikors tagħha fit-22 ta' Settembru 2004, meta għall-ewwel darba setgħat teċċepixxi l-illegalità tar-Regolament definittiv. Qabel din id-data, hija ma setgħatx fil-fatt tkun taf b'din l-illegalità. Għalhekk, ir-rimedji nazzjonali mhumiex ta' natura li jassiguraw protezzjoni effikaċji tad-drittijiet tagħha, li jmur kontra dak li hu mitlub mill-ġurisprudenza.

73      Dan l-argument ma jistax jintlaqa'. Fil-fatt, min-naħa, għandu jiġi mfakkar li l-Artikolu 236(2) tal-KDK jipprovdi li l-ħlas lura tad-dazji fuq l-importazzjoni jingħata meta tiġi preżentata applikazzjoni lill-uffiċċju doganali xieraq fi żmien tliet snin mid-data li fiha l-ammont ta' dawk id-dazji kien ġie kkomunikat lid-debitur. Skond it-tieni paragrafu ta' din l-istess dispożizzjoni, "[d]ak il-perjodu għandu jiġi estiż jekk il-persuna interessata tipprovdi evidenza li ma kenitx tħalliet tippreżenta l-applikazzjoni tagħha fil-perjodu msemmi b'riżultat ta' ċirkostanzi imprevedibbli jew ta' forza maġġuri". Għaldaqstant, l-Artikolu 236 tal-KDK stess jipprovdi għall-eventwali estensjoni tat-terminu ta' preskrizzjoni fil-każijiet li jipprevedi. Għalhekk, huwa fil-kuntest tal-KDK li r-rikorrenti għandha tipprova tikseb tali estensjoni jekk iċ-ċirkustanzi li hija tallega jiġġustifikawha. Għal darb'oħra, hija ma tistax tevita l-proċedura speċifika ta' ħlas lura tad-dazji prevista mill-KDK minħabba s-sempliċi fatt li l-azzjoni tagħha tkun eventwalment parzjalment preskritta.

74      Min-naħa l-oħra, għandu jiġi kkonstatat li d-deċiżjoni fuq l-akkordju, adottata fit-8 ta' Diċembru 1999, ġiet ippubblikata fis-16 ta' Ġunju 2003, b'tali mod li, mhux aktar tard minn din id-data, ir-rikorrenti għandha tiġi kkunsidrata bħala li kienet taf bil-fatt li kkawża d-danni tagħha, jekk jitqies li l-illegalità tar-Regolament definittiv tikkostitwixxi fatt bħal dan.

75      Issa ankIssa, minkejja li r-rikorrenti tallega li ġiet suġġetta għal dazji fuq il-bażi tar-Regolament definittiv minn Ġunju 2000, l-elementi ta' prova pprovduti f'dan is-sens ma jippermettux li tiġi vverifikata r-realtà ta' din l-affermazzjoni. Fil-fatt, l-Anness 3 ta' l-osservazzjonijiet tar-rikorrenti fuq l-eċċezzjonijiet ta' inammissibbiltà li r-rikorrenti pprovdiet bħala prova tal-pagamenti mwettqa juri li r-rikorrenti rċeviet, mill-kumpannija ta' konsenja u trasport Wesotra (li r-rikorrenti ma tispjega bl-ebda mod l-implikazzjoni tagħha), talbiet ta' kull xahar għall-ħlas ta' dazji fuq l-importazzjoni li kellu jsir lill-Hauptzollamt Frankfurt an der Oder (Uffiċċju doganali prinċipali ta' Frankfurt an der Oder, il-Ġermanja). Għalkemm ir-rendikonti bankarji annessi ma' dawn it-talbiet jixhdu li r-rikorrenti kkonformat ma' dawn it-talbiet li tħallas lill-uffiċċju doganali prinċipali, huwa impossibbli li jiġi ddeterminat, minn dawn id-dokumenti, f'liema kapaċità r-rikorrenti ħallset id-dazji fuq l-importazzjoni in kwistjoni, u b'mod partikolari jekk dan sarx b'applikazzjoni tar-Regolament definittiv. F'kull każ, l-ewwel waħda minn dawn it-talbiet għal ħlas, li tikkonċerna Ġunju 2000, għandha d-data tas-6 ta' Lulju 2000. Minn dan isegwi li, fil-ġurnata ta' pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fuq l-akkordju, jiġifieri fis-6 ta' Ġunju 2003, it-terminu ta' preskrizzjoni ta' tliet snin li jiddekorri mid-data tal-komunikazzjoni tad-dazji lid-debitur, previst fl-Artikolu 236(2) tal-KDK, ma kienx għadda u li r-rikorrenti kellha terminu raġonevoli ta' xahar, mill-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni dwar l-akkordju, sabiex tippreżenta talba għal ħlas lura billi teċċepixxi l-illegalità tar-Regolament definittiv mingħajr ma jiġu preskritti uħud mid-dazji mħallsa.

76      FFit-tielet lok, ir-rikorrenti tallega li l-eċċezzjoni ta' inammissibbltà dedotta minn abbuż ta' proċedura ma tistax tapplika fil-każ fejn l-att li minnu joriġina d-dannu ma jistax jiġi kkontestat fuq il-bażi ta' l-Artikolu 230 KE.

77      F'dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi enfassizzat li, kif josserva l-Kunsill, ir-rikors preżenti għandu jiġi kkunsidrat bħala inammissibbli minħabba li huwa talba għal ħlas lura tad-dazji anti-dumping imħallsa mir-rikorrenti, li ma jaqgħax taħt il-kompetenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza, u mhux minħabba huwa involut abbuż tar-rimedju proċedurali previst fl-Artikolu 230 KE.

78      Fir-raba' lok, ir-rikorrenti tallega li, in kunsiderazzjoni tal-fatt li d-dannu allegat huwa kkawżat mill-aġir żbaljat ta' l-istituzzjonijiet Komunitarji, il-qorti Komunitarja tgawdi minn kompetenza esklużiva sabiex tieħu konjizzjoni tar-rikors preżenti, mingħajr ma jkollha tissodisfa l-ħtieġa li teżawrixxi r-rimedji legali nazzjonali.

79      HHH Huwa veru li, skond ġurisprudenza kostanti, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 235 KE u 288 KE, ikkunsidrati flimkien, jagħtu kompetenza esklużiva lill-qorti Komunitarja sabiex tiddeċiedi fuq rikors għal kumpens ta' dannu kkawżat mill-Komunitajiet (sentenza Vreugdenhil vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, punt 14 u s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Diċmebru 1995, Exporteurs in Levende Varkens et vs Il-Kummissjoni, T-481/93 u T-484/93, Ġabra p. II-2941, punt 72). Dan il-prinċipju jikkontrolla t-tqassim tal-kompetenzi bejn il-qorti nazzjonali u l-qorti Komunitarja fir-rigward tal-kumpens tad-danni subiti minn individwi minħabba l-aġir ta' l-awtoritajiet nazzjonali u Komunitarji. Madankollu, dan il-prinċipju ma jeħlisx mill-qorti Komunitarja milli tivverifika n-natura reali tar-rikors imressaq quddiemha minħabba s-sempliċi fatt li t-tort allegat huwa imputabbli lill-istituzzjonijiet Komunitarji. Issa, fil-kawża preżenti, kif diġà ġie espost, ir-rikors tar-rikorrenti huwa intiż sabiex jikseb il-ħlas lura, wara t-tnaqqis tat-taxxa, tad-dazji anti-dumping imħallsa lill-awtoritajiet doganali nazzjonali. Għalkemm huwa veru li t-tort allegat mir-rikorrenti huwa imputabbli lill-Komunità, jibqa' l-fatt li, skond il-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 48 u 60 iktar 'il fuq, tali domanda taqa' taħt il-kompetenza tal-qrati nazzjonali, li għandhom l-għażla u anki l-obbligu, fil-kundizzjonijiet previsti fit-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 234 KE, li jressaq talba għal domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tingħata deċiżjoni fir-rigward tal-validità tar-Regolament definittiv.

80      Għaldaqstant, l-argument tar-rikorrenti għandu jiġi miċħud.

81      Fil-ħames lok, ir-rikorrenti tallega li l-Qorti tal-Ġustizzja vvalidat, fis-sentenza Ireks-Arkady vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, u fis-sentenza tagħha ta' l-4 ta' Ottubru 1979, Dumortier Frères et vs Il-Kunsill (64/76 u 113/76, 167/78 u 239/78, 27/79, 28/79 u 45/79, Ġabra p. 3091), il-metodu li jinvolvi l-evalwazzjoni tat-telf subit bħala ekwivalenti għad-dazji indebitament imħallsa.

82      MMMadankollu, dan l-argument mhuwiex rilevanti fil-kawża preżenti. F'dan ir-rigward, għandu jiġi enfassizzat li, fis-sentenzi evokati mir-rikorrenti (Ireks-Arkady vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, punt 13, u Dumortier Frères et vs Il-Kunsill, iċċitata iktar 'il fuq, punt 14), il-Qorti tal-Ġustizzja effettivament ikkunsidrat li l-ammont tar-rifużjonijiet li kellu jitħallas lill-produtturi ta' quellmehl u ta' gritz kieku l-ugwaljanza fit-trattament mal-prodotturi tal-lamtu tal-qamħirrun kienet irrispettata għandu jintuża bħala l-bażi ta' kalkolu għall-evalwazzjoni tad-dannu subit.

83      Fil-fatt, f'dawk is-sentenzi (punt 6), dikjarazzjoni eventwali ta' invalidità, mill-Qorti tal-Ġustizzja, tar-regolament ikkontestat li jwaqqaf ir-rifużjonijiet fuq il-produzzjoni ta' quellmehl u ta' gritz, fuq il-bażi ta' ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali inkwantu rifużjonijiet bħal dawn kienu nżammu fir-rigward tal-lamtu miksi bil-ġelatina, ma setgħatx twassal, fiha nfisha, għall-kumpens tad-dannu invokat mir-rikorrenti, jiġifieri n-nuqqas li jingħataw rifużjonijiet, fid-dawl tal-fatt li l-awtoritajiet nazzjonali ma kellhomx il-kompetenza sabiex jagħtu tali rifużjonijiet.

84      B'mod kuntrarju, fil-kawża preżenti, sentenza eventwali tal-Qorti tal-Ġustizzja, adita permezz ta' talba għal domanda preliminari mill-qorti nazzjonali kompetenti, li tikkonstata l-invalidità tar-Regolament definittiv twassal minnha nfisha għall-obbligu ta' l-awtoritajiet tad-dwana Ġermaniżi li jħallsu lura s-somom indebitament imħallsa mir-rikorrenti fuq il-bażi ta' l-imsemmi regolament, b'tali mod li d-dannu allegat jiġi kompletament ikkumpensat, kif ġie sostnut preċedentement.

85      Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li, fis-sentenzi Ireks-Arkady vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq (punt 14), u Dumortier Frères et vs Il-Kunsill, iċċitata iktar 'il fuq (punt 15), il-Qorti tal-Ġustizzja affermat biss li l-ammont tar-rifużjonijiet li kellu jitħallas lill-produtturi in kwistjoni kieku kien ġie rrispettat il-prinċipju ta' ugwaljanza jipprovdi bażi ta' kalkolu għall-evalwazzjoni tad-dannu subit, filwaqt li żieded li, fil-każ fejn l-abolizzjoni tar-rifużjonijiet effettivament irriflettiet, jew setgħat tirrifletti, fuq il-prezzijiet, id-dannu ma jistax jitkejjel abbażi tar-rifużjonijiet li ma tħallsux. Skond il-Qorti tal-Ġustizzja, iż-żieda fil-prezz f'dan il-każ tissostitwixxi l-għotja tar-rifużjonijiet sabiex il-produttur jiġi kkumpensat.

86      F0Fl-aħħar, fis-sitt lok, l-argument tar-rikorrenti li r-rekwiżiti li jirriżultaw minn amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u l-effikaċja tal-proċedimenti jwasslu sabiex it-talba tagħha tiġi kkunsidrata bħala ammissibbli ma jistax jiġġustifika li tiġi ppreġudikata l-koerenza tas-sistema tar-rimedji legali previsti mit-Trattat u mill-KDK. Barra minn hekk, għandu jkun hemm dubju dwar jekk, fil-każ fejn, bħal fil-kawża preżenti, rikorrenti tixtieq sempliċement tikseb il-ħlas lura tad-dazji anti-dumping li hija allegatament ħallset indebitament, ir-rimedju ta' rikors għal responsabbiltà mhux kuntrattwali huwiex l-iktar effikaċji u l-iktar favorevoli, fir-rigward, b'mod partikolari, tar-rekwiżiti dwar in-natura suffiċjentement serja tat-tort imputabbli lill-istituzzjonijiet Komunitarji sabiex l-individwi jingħataw dritt għal kumpens meta l-azzjoni tagħhom timplika għażla ta' politika ekonomika, u dan meta, skond dak li ġie espost preċedentement, is-sempliċi dikjarazzjoni ta' invalidità tar-Regolament definittiv hija bizzejjed, bħala prinċipju, sabiex iċċaħħad id-dazji anti-dumping minn bażi legali u, b'hekk, tiġġustifika l-ħlas lura tagħhom mill-awtoritajiet tad-dwana nazzjonali.

87      Għal finijiet ta' kompletezza, fir-rigward ta' l-argument tar-rikorrenti li t-talba tagħha hija verament intiza għall-kumpens ta' telf ta' qligħ u li l-eċċezzjonijiet ta' inammissibbiltà tal-Kunsill u tal-Kummissjoni jikkontestaw biss, fir-realtà, il-metodu ta' kalkolu ta' dan it-telf ta' qligħ propost, li jikkostitwixxi kwistjoni dwar il-mertu, għandu jiġi mfakkar li, skond l-Artikolu 19 ta' ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja applikabbli għall-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza skond l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 46 ta' l-istess statut, u skond l-Artikolu 44(1)(c), tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza, ir-rikors għandu jindika s-suġġett tal-kawża u jinkludi sunt tar-raġunijiet imressqa. Sabiex jiġu sodisfatti dawn ir-rekwiżiti, rikors intiż għall-kumpens tad-danni allegatament ikkawżati minn istituzzjoni Komunitarja għandu jinkludi l-elementi li jippermettu li jiġi identifikat l-aġir li bih ir-rikorrenti takkuża lill-istituzzjoni, ir-raġunijiet għalfejn hija ssostni li teżisti rabta kawżali bejn dan l-aġir u d-dannu li hija tallega li subiet, kif ukoll in-natura u l-portata ta’ dan id-dannu. Għall-kuntrarju, talba għal kumpens ġeneriku hija nieqsa mill-preċiżjoni neċessarja u għandha, konsegwentement, titqies bħala inammissibbli (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta' Diċembru 1971, Zuckerfabrik Schöppenstedt vs Il-Kunsill, 5/71, Ġabra p. 975, punt 9; is-sentenzi tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' Lulju 1990, Automec vs Il-Kummissjoni, T-64/89, Ġabra p. II-367, punt 73, u tat-8 ta' Ġunju 2000, Camar u Tico vs Il-Kummissjoni u Il-Kunsill, T-79/96, T-260/97 u T-117/98, Ġabra p. II-2193, punt 181).

88      IIIssa, fil-kawża preżenti, anki jekk wieħed jissupponi li l-metodu ta' kalkolu propost mir-rikorrenti ma jiġġustifikax li t-talba għal kumpens għat-telf ta' qligħ allegat tiġi kklassifikata mill-ġdid bħala talba għal ħlas lura ta' dazji anti-dumping, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti bl-ebda mod ma tindika lif dan il-metodu jista' jagħti indikazzjoni tal-livell tat-telf ta' qligħ tagħha u lanqas fiex jikkonsisti dan it-telf ta' qligħ. L-aktar l-aktar, fir-rikors, hija tindika li hija kienet fil-proċess li takkwista l-impjant ta' laminazzjoni Rumen Artrom SA, li jikkostitwixxi investiment tekniku u organizzazzjonali, b'tali mod li, inkwantu hija kienet tiżviluppa kontinwament is-sensiela ta' tubi u pajpijiet proposti lill-klijenti, jista' jiġi affermat li l-profittabbiltà tagħha setgħat tkun iktar għolja li kieku t-telf ta' qligħ intuża u kien investit għall-bzonnijiet imsemmija iktar 'il fuq. Apparti li r-rikorrenti bl-ebda mod ma tindika kif l-evalwazzjoni proposta tirrifletti t-telf ta' qligħ li jirriżulta mill-impossibbiltà ta' investiment fil-kumpannija Artrom u lanqas ma turi r-realtà ta' din il-possibbiltà, għandu jiġi kkonstatat li, fil-punt 28 tar-rikors, ir-rikorrenti tindika hija stess li hija fil-fatt akwwistat Artrom. Barra minn hekk, jidher li mill-ispjegazzjonijiet ulterjuri tar-rikorrenti jirriżulta li din għandha l-intenzjoni li, bl-istess mod, ma tippreċiżax fiex jikkonsisti l-allegat telf ta' qligħ evalwat għal EUR 1,633,344.33, iżda li turi li dan it-telf ta' qligħ jista' fir-realtà jkun ogħla minn din l-evalwazzjoni, mingħajr madankollu ma tagħti l-ebda stima ta' dan it-telf ta' qligħ addizzjonali.

89      Għaldaqstant, anki li kieku kien hemm lok li jiġi kkunsidrat li t-talba prinċipali m'għandiex tiġi kkunsidrata bħala talba għal ħlas lura tad-dazji anti-dumping, hemm il-lok li jiġi konkluż li din it-talba ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-forma tar-rikors previsti fl-Artikolu 44(1)(c), tar-Regoli tal-Proċedura.

90      Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li t-talba prinċipali għandha tiġi miċħuda bħala inammissibbli, mingħajr ma jkun hemm bżonn li tingħata deċiżjoni dwar l-eċċezzjoni ta' inammissibbiltà, imressqa mill-Kummissjoni, ibbażata fuq in-nuqqas ta' osservanza tar-rekwiżiti ta' forma previsti fl-Artikolu 44(1)(c) tar-Regoli tal-Proċedura minħabba li r-rikors ma jurix l-eżistenza ta' dannu.

 Dwar it-talba sussidjara

 L-argumenti tal-partijiet

91      Skond it-talbiet l-konklużjonijiet tar-rikors, ir-rikorrenti titlob "sussidjarjament, bħala kumpens għat-telf ta' qligħ għall-perijodu bejn Ġunju 2000 u Diċembru 2002, somma, li għandha tiġi ddeterminata matul il-proċeduri, wara li tingħata sentenza interlokutorja mill-Qorti tal-Prim'Istanza, bi ftehim bejn il-partijiet, jew, fin-nuqqas ta' dan, b'sentenza definitiva tal-Qorti tal-Prim'Istanza."

92      Il-Kunsill u l-Kummissjoni jikkunsidraw li t-talba ntiża għall-għoti, mill-Qorti tal-Prim'Istanza, ta' sentenza interlokutorja li tikkonstatata r-responsabbiltà tal-Komunità għandha wkoll tiġi miċħuda bħala inammissibbli.

93      Il-Kunsill isostni li r-rikors jagħmilha ċara li din it-talba hija ppreżentata, jew fl-eventwalità li d-dannu invokat fit-talba prinċipali, jiġifieri t-telf ta' qligħ subit minħabba l-ħlas tad-dazji anti-dumping, ma jiġix ikkwantifikat, jew sabiex jinkiseb kumpens ta' dannu addizzjonali li jirriżulta mill-fatt li r-rikorrenti twaqqfet milli tinvesti u għaldaqstant milli tkabbari iktar l-profittabbiltà tagħha.

94      Fir-rigward ta' l-ewwel ipoteżi, il-Kunsill jikkunsidra li t-talba hija inammissibbli għall-istess motivi bħat-talba prinċipali. Fir-rigward tat-tieni ipoteżi, it-talba ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta' l-Artikolu 44(1)(c), tar-Regoli tal-Proċedura. Fil-fatt, ir-rikorrenti sempliċement tindika li jista' jiġi sostnut li l-profittabbiltà tagħha setgħat kienet ogħla li kieku t-telf ta' qligħ kien intuża u investit għall-bżonnijiet ta' Artrom, li hija kienet fil-proċess li takkwista, u li l-profittabbiltà tagħha setgħat kienet ogħla, mingħajr ma pprovdiet l-iċken element ta' prova fir-rigward ta' l-allegazzjonijiet tagħha.

95      Għaldaqstant, it-talba preżenti ma tikkonċernax l-istess ċirkustanzi bħal dawk li wasslu għas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Settembru 1998, Coldiretti et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (T-149/96, Ġabra p. II-3841, punti 49 u 50), li fiha l-Qorti tal-Prim'Istanza kienet qieset li "stimi ddettaljati ta' telf allegatament subit" jiġġustifikaw li r-rikors jiġi kkunsidrat bħala suffiċjentement preċiż".

96      Għalhekk, fil-kuntest tar-rikors għal kumpens ta’ danni, il-qorti Komunitarja tat deċiżjoni permezz ta' sentenza interlokutorja biss meta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet sostanzjali previsti fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 288 KE iżda jkun hemm xi diffikultajiet prattiċi li jfixklu l-kalkolu eżatt tad-dannu. Madankollu, il-manifestazzjoni tad-dannu għandha tkun ċerta u r-rikors għandu jipprovdi l-elementi li jippermettu li jiġu identifikati l-karattru u n-natura tad-dannu, kif ġie kkonfermat fis-sentenza Coldiretti et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-14 ta' Mejju 1975, CNTA vs Il-Kummissjoni (74/74, Ġabra p. 533, punti 42 u 45 sa 47), iċċitati mir-rikorrenti.

97      Il-Kummissjoni ssotni li, minħabba n-natura tagħha, talba sussidjarja hija inqas importanti minn talba prinċipali, b'tali mod li t-talba sussidjarja preżenti ma tista' żżid xejn mat-talba prinċipali, u hija għaldaqstant inammissibbli.

98      F'kull każ, it-talba sussidjarja hija suġġetta għat-talba prinċipali b'tali mod li l-inammissibbiltà ta' din ta' l-aħħar twassal għall-inammissibbiltà tat-talba sussidjarja. F'dan ir-rigward, il-Qorti tal-Prim'Istanza ma tkunx tista' terġa tikkwalifika t-talba sussidjarja mingħajr ma tiddeċiedi ultra petita.

99      Madankollu, jekk il-Qorti tal-Prim'Istanza tiddeċiedi li tipproċedi b'tali kwalifikazzjoni, il-Kummissjoni tqis li t-talba tkun inammissibbli minħabba n-nuqqas ta' rispett tar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 44(1)(c) tar-Regoli tal-Proċedura. F'dan ir-rigward ir-rikors huwa sempliċement serje ta' konġetturi li ma jistgħux jiġu analizzati f'argument ċar, preċiż u speċifiku. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ttenni l-argument tagħha li r-rikorrenti bl-ebda mod ma turi li d-dannu jirriżulta minn applikazzjoni korretta tar-Regolament definittiv mill-awtoritajiet tad-dwana nazzjonali u mhux minn applikazzjoni żbaljata ta' l-imsemmi regolament. Għaldaqstant, ir-rikorrenti lanqas ma pprovdiet, fil-kuntest tat-talba sussidjarja tagħha, kwalunkwe prova li d-dannu li subiet kien ikkawżat minn tort li huwa kompletament imputabbli lill-istituzzjonijiet Komunitarji. Peress li d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet invokati mir-rikorrenti mhijiex biżżejjed, it-talba hija inammissibbli.

100    Ir-rikorrenti tindika li t-talba tagħha, kif tirriżulta mir-rikors, għandha tiġi kkwalifikata bħala talba sussidjarja. Din it-talba ġiet ippreżentata biss fil-każ li l-Qorti tal-Prim'Istanza ma taġġudikax is-somma speċifika mitluba, jew minħabba l-kontestazzjoni tal-metodu ta' kalkolu jew ta' l-ammont tat-telf ta' qligħ, jew minħabba diffikultajiet partikolari li l-Qorti tal-Prim'Istanza tiltaqa' magħhom fil-mument tad-determinazzjoni ta' l-imsemmi ammont.

101    Barra min hekk, l-allegazzjoni tal-Kummissjoni li talba sussidjarja hija min-natura tagħha inqas importanti minn talba prinċipali mhijiex fondata. Fil-fatt, fil-kawża preżenti, l-unika differenza bejn iż-żewġ talbiet tar-rikorrenti hija li waħda hija għal ammont preċiż, filwaqt li l-oħra tistieden lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex tiddetermina dan l-ammont permezz ta' sentenza interlokutorja. Għalhekk, ir-rikorrenti tippreċiża li hija ma qiegħda tinvoka l-ebda dannu minbarra t-telf ta' qligħ fit-talba sussidjarja tagħha.

102    Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tallega li l-kundizzjonijiet kollha sabiex il-Qorti tal-Prim'Istanza tagħti deċiżjoni permezz ta' sentenza interlokutorja huma sodisfatti fil-kawża preżenti. Min-naħa, hija esponiet b'mod ċar ir-raġuni għalfejn l-istituzzjonijiet Komunitarji għandhom jinżammu responsabbli skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 288 KE. Min-naħa l-oħra, hija uriet li subiet dannu preċiż u pprovdiet xi informazzjoni ċirkostanzjali fuq il-kriterji użati sabiex saret l-evalwazzjoni ta' l-ammont tagħha. Fl-aħħar nett, hija spejgat għalfejn dan l-ammont huwa diffiċċli sabiex jiġi ddeterminat. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Prim'Istanza tista' tiddeċiedi fuq il-kwistjoni priċnipali filwaqt li tirriżerva l-evalwazzjoni tad-dannu għal fażi ulterjuri. Għalhekk, ir-rikorrenti qiegħda titlobha sabiex tieħu deċiżjoni preliminari u tirriżerva l-evalwazzjoni tad-dannu u tar-rabta kawżali bejn l-aġir akkużatha bih il-Komunità u l-imsemmi dannu għal fażi ulterjuri, kif diġà ġie deċiż fis-sentenza Krohn vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, u fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta' Frar 1979, Granaria (101/78, Ġabra p. 623).

 Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

103    Qabel kollox, għandu jiġi rrilevat li r-rikorrenti tindika, fl-aħħar parti tal-punt 149 tar-rikors, li, fl-ipoteżi li hija kellha għad-dispożizzjoni tagħha s-somma li tikkorispondi għad-dazji mħallsa, "huwa possibli li l-profittabbiltà [tagħha] [...] setgħat tkun iktar għolja li kieku t-telf ta' qligħ kien intuża u investit" fil-kumpannija Artrom. Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li d-dannu li jirriżulta mill-allegata impossibbiltà li tinvesti fl-imsemmija kumpannija huwa kkunsidrat mir-rikorrenti stess bħala differenti mit-telf ta' qligħ preċedentement ikkalkolat, b'mod kuntrarju għal dak li hija tidher li tafferma fl-osservazzjonijiet tagħha fuq l-eċċezzjonijiet ta' inammissibbiltà.

104    Fir-rikors, ir-rikorrenti żżid li "b'kunsiderazzjoni tal-profittabbiltà [tagħha] […] fl-ewwel snin ta' l-attività tagħha, fil-kors normali ta' l-affarijiet, hija setgħat tkompli tagħmel iktar profitt" u li "d-dannu effettivament subit [minnha] seta' kien iktar minn EUR 1,633,344.33 safejn ma tistax tiġi eskluża profittabbiltà ikbar tal-kumpannija".

105    Fl-aħħar nett, wara analiżi tal-ġurisprudenza, ir-rikorrenti tikkonkludi t-talba tagħha għal sentenza interlokutorja billi tiddikjara li, "[s]afejn tressqu provi suffiċjenti ta' dannu ċert u safejn [hija] tiltaqa' ma' diffikultajiet sabiex tipprovdi stima definittiva ta' telf ta' qligħ ulterjuri, [hija] titlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza li tordna lill-Komunità Ewropea sabiex tikkumpensa d-dannu subit billi taġġudika s-somma ta' EUR 1,633,344.33 bħala telf ta' qligħ jew, sussidjarjament, li tawtorizza lill-partijiet sabiex jirregolaw il-kwistjoni tal-kumpens fil-kuntest ta' ftehim bonarju wara li l-Qorti tal-Prim'Istanza [tkun] tat deċiżjoni, b'sentenza interlokutorja, fuq il-kwistjoni tal-kumpens".

106    Minn dan isegwi li, fir-rikors, l-unika raġuni għalxiex ir-rikorrenti tiġġustifika d-diffikultajiet tagħha sabiex tiddefinixxi bi preċiżjoni d-dannu hija li dan id-dannu jista' jkun superjuri għat-telf ta' qligħ inizjalment ikkalkolat fuq il-bażi tad-dazji anti-dumping imħallsa, b'mod partikolari b'kunsiderazzjoni ta' l-investimenti li hija setgħat twettaq u tal-profittabbiltà ogħla li hija probabbilment setgħat tilħaq. B'mod kuntrarju għal dak li tafferma fl-osservazzjonijiet tagħha fuq l-eċċezzjonijiet ta' inammissibbiltà tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, ir-rikorrenti għaldaqstant bl-ebda mod ma allegat, fir-rikors, li d-diffikultajiet sabiex tevalwa d-dannu kienu jikkonċernaw l-ammont ta' EUR 1,633,344.33 bħala telf ta' qligħ mitluba prinċipalment jew il-metodu użat sabiex ġie kkalkolat dan l-ammont.

107    Dan l-argument, invokat fl-istadju ta' l-osservazzjonijiet fuq l-eċċezzjonijiet ta' inammissibbiltà, għaldaqstant mhuwiex ammissibli u jwassal, fi stadju avvanzat, għal interpretazzjoni ġdida tar-rikors li tiżnatura t-termini tiegħu stess.

108    Fir-Fir-rigward ta' l-ammissibbiltà tat-talba sussidjarja stess, għandu jiġi mfakkar li, sabiex tiġi ggarantita ċ-ċertezza legali u amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, jeħtieġ, sabiex rikors ikun ammissibbli, li l-elementi essenzjali ta’ fatt u ta’ dritt li fuqhom huwa bbażat jirriżultaw, għall-inqas sommarjament, iżda b’mod koerenti u li jinftiehem, mit-test tar-rikors stess (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta' Diċembru 1990, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, C-347/88, Ġabra p. I-4747, punt 28, u tal-31 ta' Marzu 1992, Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka, C-52/90, Ġabra p. I-2187, punti 17 et seq; digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-29 ta' Novembru 1993, Koelman vs Il-Kummissjoni, T-56/92, Ġabra p. II-1267, punt 21; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Settembru 1996, Asia Motor France et vs Il-Kummissjoni, T-387/94, Ġabra p. II-961, punt 106; digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-21 ta' Novembru 1996, Syndicat des producteurs de viande bovine et vs Il-Kummissjoni, T-53/96, Ġabra p. II-1579, punt 21, u sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-29 ta' Jannar 1998, Dubois et Fils vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, T-113/96, Ġabra p. II-125, punt 29).

109    Sabiex jissodisfa dawn ir-rekwiżiti, rikors intiż għall-kumpens tad-danni kkawżati minn istituzzjoni Komunitarja għandu jkun fih elementi li jippermettu li jiġi identifikat, b'mod partikolari, id-dannu allegatament subit mir-rikorrenti u, b'mod aktar preċiż, in-natura u l-portata ta’ dan id-dannu (sentenza Exporteurs in Levende Varkens et vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, punt 75; ara wkoll, f'dan is-sens, id-digriet Koelman vs Il-Kummissjoni, iċċitat iktar 'il fuq, punti 22 sa 24).

110    Huwa biss b'mod eċċezzjonali l-Qorti tal-Prim'Istanza ammettiet li, f'ċirkustanzi partikolari (sentenza Automec vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, punti 75 sa 77), mhuwiex indispensabbli li fir-rikors tiġi ppreċiżata l-portata eżatta tad-dannu u l-ammont tal-kumpens mitlub. F'dan ir-rigward, ġie wkoll deċiż li r-rikorrenti għandha tistabilixxi, jew għall-inqas tinvoka, fir-rikors tagħha, l-eżistenza ta' tali ċirkustanzi (digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Mejju 1998, Goldstein vs Il-Kummissjoni, T-262/97, Ġabra p. II-2175, punt 25).

111    Għalhekk, il-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti tal-Prim'Istanza diġà kellhom l-okkażjoni li jiddeċiedu, permezz ta' sentenza interlokutorja, fuq il-prinċipju tar-responsabbiltà tal-Komunità filwaqt li jirriżervaw id-determinazzjoni eżatta tal-kumpens għal deċiżjoni ulterjuri ma jiddispensax lir-rikorrenti milli tirrispetta r-rekwiżiti formali minimi previsti fl-Artikolu 44(1)(c) tar-Regoli tal-Proċedura. Minn dan isegwi wkoll li rikorrenti li titlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex tagħti sentenza bħal din, mhux biss tibqa' marbuta li tipprovdi l-elementi neċessarji għall-identifikazzjoni ta' l-aġir li hija akkużatha bih il-Komunità, tal-karattru u n-natura ta' dan id-dannu u tar-rabta kawżali bejn l-aġir u d-dannu, imma għandha tindika wkoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw li tingħata deroga mir-rekwiżit li r-rikors għandu jikkwantifika d-dannu invokat.

112    Il-Qorti tal-Prim'Istanza għalhekk aċċettat, fis-sentenza invokata mir-rikorrenti, Coldiretti et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, li, minkejja li ma kkwantifikax b'mod definittiv id-danni subiti minn kull persuna li trabbi bhejjem, ir-rikors kellu jiġi aċċettat bħala ammissibbli, wara li kkonstatat li r-rikors jevoka, fil-paġni 18 u 19 tiegħu, il-kategoriji differenti ta' danni subiti minn dawk li jrabbu bhejjem għal-laħam taċ-ċanga, jiġifieri, fl-ewwel lok, id-damnum emergens marbut ma' bejgħ tal-bhejjem ħajjin bi prezz anqas mill-kost, prezz li, skond ir-rikorrenti, kien 40% inqas minn dak li kienu qegħdin jistennew dawk li jrabbu, fit-tieni lok, id-damnun emergens marbuta ma' l-ispejjeż ta' manteniment ta' l-amminali li ma jinbiegħux fl-aħħar ċiklu ta' tkabbir, fit-tielet lok, il-lucrum cessans marbut mal-bejgħ ta' annimali li ma sarx matul is-sena kurrenti u, fir-raba' lok, il-lucrum cessans marbut mat-tnaqqis konsistenti fil-konsum tal-laħa taċ-ċanga fis-snin li ġejjin. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim'Istanza rrilevat li l-annessi tar-rikors kien fihom stimi ddetaljati tad-danni allegatament subiti mill-industrija tal-bhejjem ta' l-ifrat Taljana, u li l-kriterji u parametri segwiti fl-istimi tagħhom kienu ġew indikati. Fl-aħħar nett, il-Qorti tal-Prim'Istanza osservat li, minkejja li ngħataw dawn l-istimi, ir-rikorrenti kienu enfassizzaw id-diffikultajiet kbar li kellhom sabiex jevalwaw u jikkwantifikaw b'mod korrett id-dannu subit minn kull individwu li jrabbi, u kienu indikaw li kien preċiżament minħabba din ir-raġuni li kienu talbu li din il-konstatazzjoni kumplessa titwettaq minn kulleġġ ta' esperti. Minn dan il-Qorti tal-Prim'Istanza kkonkludiet li, f'dawn iċ-ċirkustanzi, kien hemm lok li jiġi ammess li fir-rikors, ikkompletat mill-informazzjoni prodotta fl-annessi, kien preċiż biżżejjed fir-rigward tan-natura u l-karattru tad-danni invokati u li la l-konvenuti u lanqas il-Qorti tal-Prim'Istanza ma nżammu milli jkunu jafu l-portata approssimattiva tad-danni allegati.

113    Issa, għandu jiġi kkonstatat li, fil-kawża preżenti, ir-rikors ma jissodisfax dawn ir-rekwiżiti.

114    Fil-fatt, fil-każ li jiġi kkunsidrat, skond qari strett tar-rikors, li t-talba sussidjarja hija intiża għall-għoti ta' sentenza interlokutorja minħabba li d-dannu jista' jkun ogħla mit-telf ta' qligħ subit minħabba t-telf ta' proffitti invokat prinċipalment, din it-talba għandha qabel xejn tiġi miċħuda bħala inammissibbli fir-rigward tal-parti tad-dannu li tirrigwarda dan it-telf ta' qligħ ta' l-aħħar għall-istess motivi bħat-talba prinċipali. Fir-rigward tal-parti ta' dannu li tirrigwarda t-telf ta' qligħ li r-rikorrenti tallega li subiet minbarra t-telf ta' qligħ mitlub prinċipalment (iktar 'il quddiem it-"telf ta' qligħ addizzjonali"), għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti sempliċement tafferma li mhuwiex eskluż li l-profittabbiltà tagħha setgħat kienet ogħla li kieku d-dazji anti-dumping ma ġewx imposti fuqha. In sostenn ta' din l-affermazzjoni, ir-rikorrenti tindika sempliċement li, fiż-żmien meta seħħew il-fatti tal-kawża, hija kienet fil-proċess li takkwista impjant ta' laminazzjoni Rumen, akkwist li kien jikkostitwixxi investiment tekniku u organizzazzjonali. Barra minn hekk, għandu jiġi kkunsidrat il-fatt li hija kienet tiżviluppa kontinwament s-sensiela ta' tubi u pajpijiet proposti lill-klijenti tagħha, b'mod partikolari, wara li bdiet id-distribuzzjoni għall-kumpannija TMK. Għalhekk, ir-rikorrenti tikkonkudi li, jekk it-"telf ta' qligħ kien intuża u investit għall-bżonnijiet imsemmija iktar 'il fuq, […], huwa possibbli li jiġi affermat li l-profittabbiltà [tagħha] setgħat kienet ogħla".

115    bApparti li r-rikorrenti ma pprovdiet l-ebda kwantifikazzjoni ta' dan it-telf ta' qligħ addizzjonali, l-indikazzjonijiet, li, barra minn hekk, ftit huma ċari, iċċitati iktar 'il fuq, jikkostitwixxu biss affermazzjonijiet vagi nieqsa minn kull argument jew elementi ta' prova li r-rikorrenti stess tippreżenta bħala sempliċi konġetturi. Għalhekk, dawn l-indikazzjonijiet bl-ebda mod ma jippermettu lill-Qorti tal-Prim'Istanza u lill-konvenuta sabiex jidentifikaw b'mod ċert u bil-preċiżjoni meħtieġa l-karattru u n-natura tad-dannu invokat, la li jivverifikaw ir-realtà tad-dannu u li jikkwantifikaw l-ammont tiegħu, ħlief b'mod approssimattiv, u lanqas li jiddeterminaw il-metodu li skond ir-rikorrenti hija bbażat ruħha fuqu sabiex tiddermina dan l-ammont. L-unika indikazzjoni, li tinsab fil-punt 151 tar-rikors, li tgħid "it-telf ta' profitt għandu jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn id-dħul li r-rikorrenti setgħat tagħmel fin-nuqqas tal-ksur tal-liġi u s-somom effettivament riċevuti, inklużi dawk ta' l-attivitajiet ta' bdil", mhijiex biżżejjed f'dan ir-rigward, fid-dawl tal-fatt li r-rikorrenti ma pprovdiet l-ebda element konkret li jippermetti l-applikazzjoni ta' din il-proposta fil-kawża preżenti.

116    Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma tesponix b'mod suffiċjenti r-raġunijiet li skondha jiġġustifikaw il-fatt li hija ma wettqietx evalwazzjoni, anki approssimattiva, tat-telf ta' qligħ addizzjonali. L-aktar l-aktar hija tindika li "mhuwiex faċli li jiġi ddeterminat bi preċiżjoni l-użu li kien isir mis-somom li jikkorispondu għall-ammont ta' dazji mħallsa li kieku d-dazji ma ġew qatt imposti" u li huwa "diffiċli li jiġu evalwati bi preċiżjoni ċerti elementi ta' dannu". Dawn l-allegazzjonijiet, nieqsa mill-iċken spjegazzjoni, ma jistgħux, kif jidher b'mod evidenti, jiġu kkunsidrati bħala motivazzjoni suffiċjenti għan-nuqqas totali ta' evalwazzjoni tad-dannu addizzjonali.

117    Bl-istess mod, fil-każ li tiġi aċċettata l-ipoteżi tar-rikorrenti, esposta fl-osservazzjonijiet tagħha fuq l-eċċezzjonijiet ta' inammissibbiltà, li t-talba sussidjarja tagħha mhijiex intiża għall-kumpens ta' telf ta' qligħ addizzjonali, iżda hija biss ippreżentata fl-eventwalità li l-Qorti tal-Prim'Istanza ma taġġudikax is-somma speċifika mitluba, jew minħabba li l-ammont jew il-metodu ta' kalkolu tat-telf ta' qligħ jiġu kkontestati, jew minħabba xi diffikultajiet partikolari li l-Qorti tal-Prim'Istanza tista' tiltaqa' magħhom fil-mument tad-determinazzjoni ta' l- ammont tad-dannu, l-imsemmija talba xorta ma tistax tiġi kkunsidrata bħala ammissibbli.

118    Fil-fatt, jekk ir-rikorrenti għandha b'hekk l-intenzjoni li ssostni li l-applikazzjoni tal-metodu espost fit-talba prinċipali tista' fir-realtà, wara li jitranġaw ċerti żbalji, twassal għal kumpens ta' ammont ogħla minn dak ikkalkolat inizjalment, fis-sens li d-dazji mħallsa jkunu, b'mod definittiv, ogħla mill-ammonti msemmija fir-rikors, kif hija sostniet fl-osservazzjonijiet tagħha fuq l-eċċezzjonijiet ta' inammissibbiltà, it-talba sussidjarja tammonta għalhekk, l-istess bħat-talba prinċipali, għal talba indiretta għal ħlas lura ta' dazji. Jekk ir-rikorrenti stess tikkunsidra li l-metodu ta' kalkolu tat-telf ta' qligħ tagħha mhuwiex relevanti u qiegħda titlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza tipprovdi definizzjoni ta' metodu ieħor li jippermettilha tikkalkola l-imsemmi telf ta' qligħ, it-talba għal kumpens ma tistax għalhekk tiġi kkwalifikata mill-ġdid bħala talba għal ħlas lura ta' dazji, fid-dawl tal-fatt li din il-kwalifikazzjoni mill-ġdid tat-talba prinċipali hija bbażata preċiżament fuq l-analiżi ta' dan il-metodu ta' kalkolu. Madankollu, f'din l-ipoteżi ta' l-aħħar, għandu jiġi enfasizzat li ma jistax jiġi aċċettat li l-Qorti tal-Prim'Istanza ssib rimedju għan-nuqqasijiet tar-rikors minħabba s-sempliċi fatt li r-rikorrenti talbitha tagħmel dan b'mod espress.

119    Barra minn hekk, anki jekk il-Qorti tal-Prim'Istanza tinjora l-metodu ta' kalkolu tat-telf ta' qligħ propost mir-rikorrenti, jiġifieri dak li jipprovdi li d-dannu huwa ekwivalenti għall-profitti purament kontabbli li hija kienet twettaq li kieku ma sarx il-ħlas tad-dazji anti-dumping, għandu jiġi kkonstatat li ma kienx ikun possibbli li tiġi ddeterminata bil-preċiżjoni meħtieġa n-natura tad-dannu li tinvoka r-rikorrenti. Minbarra l-elementi vagi dwar l-investimenti li r-rikorrenti setgħat allegatament twettaq li kieku d-dazji anti-dumping ma kinux ġew imposti, li fir-rigward tagħhom ġie kkonstatat, iktar 'il fuq, li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti minimi li jirriżultaw mill-Artikolu 44(1)(c) tar-Regoli tal-Proċedura, u li jidhru, barra minn hekk, li jikkonċernaw biss dannu distint u li huwa addizzjonali għat-talba prinċipali, ir-rikorrenti fil-fatt sempliċement tikkwalifika dan id-dannu bħala telf ta' qligħ mingħajr ma tispjega fiex jikkostitwixxi dan ta' l-aħħar. Issa, mhijiex il-Qorti tal-Prim'Istanza li għandha tiddeċiedi b'mod teoretiku u astratt fuq il-metodu ta' kalkolu adattat sabiex jiġi ddeterminat it-telf ta' qligħ subit minn impriża f'sitwazzjoni bħal dik tar-rikorrenti. Hija din ta' l-aħħar li għandha tippreċiża b'mod suffiċjenti l-aspetti differenti ta' tali telf ta' qligħ.

120    Dan ma jistax jiġi kkontestat permezz tal-fatt li l-qorti Komunitarja, f'ċerti każi, aċċettat l-ammissibbiltà ta' rikors għal kumpens ta’ danni fejn l-ammont preċiż tad-dannu ma kienx ġie ppreċiżat, billi tat deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà tal-Komunità f'sentenza interlokutorja filwaqt li fdat l-evalwazzjoni tad-dannu għal ftehim bejn il-partijiet jew, fin-nuqqas ta' dan, għal sentenza ulterjuri (ara, f'dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, Ireks-Arkady vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, punt 18; Dumortier Frères et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, punt 23; tat-13 ta' Novembru 1984, Birra Wührer et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, 256/80, 257/80, 265/80, 267/80, 5/81 u 51/81 u 282/82, Ġabra p. 3693, punt 35, u tas-26 ta' Ġunju 1990, Sofrimport vs Il-Kummissjoni, C-152/88, Ġabra p. I-2477, punt 30).

121    Fil-fatt, għandu jiġi rrilevat li, f'dawn il-kawżi, id-dannu allegat kien ġie deskritt b'mod suffiċjenti sabiex jippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja tidentifika n-natura eżatta tad-dannu u tindika l-metodu li għandu jiġi segwit mill-partijiet sabiex jevalwaw l-ammont tal-kumpens, li, minħabba l-motivi esposti iktar 'il fuq, mhuwiex il-każ fil-kawża preżenti.

122    Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li t-talba sussidjarja għandha tiġi miċħuda bħala inammissibbli.

123    Għaldaqstant, ir-rikors għandu jiġi miċħud kollu kemm hu bħala inammissibbli.

 Fuq l-ispejjeż

124    Skond l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, kull parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress illi r-rikorrenti tilfet, hemm lok li tiġi ordnata tbati l-ispejjeż, skond it-talbiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni f'dan is-sens.

Għal dawn il-motivi,

IL-QORTI TAL-PRIM'ISTANZA (It-Tielet Awla)

tordna:

1)      Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)      Ir-rikorrenti, Sinara Handel GmbH, hija kkundannata tbati l-ispejjeż.

Mogħti fil-Lussemburgu, 5 ta' Frar 2007.

Reġistratur

 

      Il-President

E. Coulon

 

      M. Jaeger


* Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.