Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-29 ta' Ġunju 2009 - Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-94/05)1

("Għajnuna mill-Istat - Ilment - Deċiżjoni li ttemm l-ilment - Rinviju lill-Qorti tal-Prim'Istanza wara annullament - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Athinaïki Techniki AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Triantafyllou, aġent)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Athens Resort Casino AE Symmetochon (Marrousi, il-Greċja) (rappreżentanti: F. Carlin, barrister, u N. Korogiannakis, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-2 ta' Diċembru 2004, li ttemm l-ilment tar-rikorrenti li jirrigwarda allegata għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika Ellenika lill-konsorzju ta' Hyatt Regency fil-kuntest tal-kuntratt pubbliku "Casino Mont Parnès".

Dispożittiv

M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 106, 30.4.2005.