Language of document : ECLI:EU:T:2010:465





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Novembru 2010 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-113/08)

“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju – Għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa – Għajnuna marbuta mad-daqs tal-uċuħ tar-raba’ li jinħartu”

1.                     Agrikoltura - FAEGG - Clearance tal-kontijiet - Rifjut definittiv li jiġi kopert ċertu nfiq - Neċessità ta’ proċedura kontradittorja minn qabel (ara l-punti 61, 132)

2.                     Agrikoltura - FAEGG - Clearance tal-kontijiet - Komunikazzjoni lill-Istati Membri tar-riżultati tal-investigazzjonijiet tas-servizzi ta’ kontroll - Kundizzjonijiet sostantivi (Regolament tal-Kunsill Nru 729/70, Artikolu 5(2)(c); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1663/95, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1)) (ara l-punti 62-69)

3.                     Agrikoltura - FAEGG - Clearance tal-kontijiet - Rifjut li jiġi kopert infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja - Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat - Oneru tal-prova - Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (ara l-punti 91, 92, 96, 97)

4.                     Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Xaħmijiet - Żejt taż-żebbuġa (Regolamenti tal-Kunsill Nru 154/75, Nru 2261/84, Artikolu 14(3) u Nru 1638/98, Artikolu 2(1) sa (3); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2366/98, Artikolu 8(b)) (ara l-punti 98-100, 103-106)

5.                     Agrikoltura - FAEGG - Clearance tal-kontijiet - Rifjut li jiġi kopert infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja - Evalwazzjoni tat-telf subit mill-Fond - Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat - Oneru tal-prova (Regolament tal-Kunsill Nru 729/70) (ara l-punti 108, 109)

6.                     Agrikoltura - FAEGG - Clearance tal-kontijiet - Limitazzjoni tar-rifjut ta’ finanzjament - Terminu ta’ erbgħa u għoxrin xahar - Bidu tad-dekorrenza - Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tar-riżultati tal-kontrolli (Regolament tal-Kunsill Nru 1258/1999, Artikolu 7(4)) (ara l-punti 118-123, 138)

7.                     Agrikoltura - FAEGG - Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums - Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post - Kontrolli mhux affidabbli - Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà mill-Fond (Regolament tal-Kunsill Nru 2419/2001, Artikolu 15) (ara l-punt 52)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/68/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2007, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti nefqiet magħmula mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija [(FAEGG), Taqsima “Gwida”], sa fejn hija intiża għal ċertu nfiq magħmul mir-Renju ta’ Spanja fis-setturi taż-żejt taż-żebbuġa u ta’ kultivazzjoni ta’ uċuħ tar-raba’ li jinħartu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.