Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Novembru 2010 - Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-113/08) 1

("FAEGG - Taqsima 'Garanzija' - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa - Għajnuna marbuta mad-daqs tal-uċuh tar-raba' li tinħarat")

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: F. Jimeno Fernández, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/68/KE, tal-20 ta' Diċembru 2007, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti nefqiet magħmula mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG), sa fejn hija intiża għal ċertu nfiq magħmul mir-Renju ta' Spanja fis-setturi taż-żejt taż-żebbuġa u ta' kultivazzjoni ta' uċuh tar-raba' li tinħarat.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)     Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.    

____________

1 - ĠU C 107, 26.4.2008.