Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Awwissu 2012 - Borrajo Canelo et vs UASI - Technoazúcar (PALMA MULATA)

(Kawża T-381/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ana Borrajo Canelo (Madrid, Spanja), Carlos Borrajo Canelo (Madrid), Luis Borrajo Canelo (Madrid) (rappreżentant: A. Gómez López, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Technoazúcar (Ħavana, Kuba)

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa' r-rikors u tiddikjara bħala mhux konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/1994, dwar it-trade mark Komunitarja (illum, ir-Regolament (KE) Nru 207/2009) id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell, tal-21 ta' Mejju 2012, fil-Każ R 2265/2010-2, li ċaħdet ir-rikors ippreżentat mill-applikant għal revoka, kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, tal-24 ta' Settembru 2010, li tiċħad t-talba għal revoka tat-trade mark Komunitarja Nru 4 602 454 "PALMA MULATA" fil-klassi 33, għar-rum;

tikkundanna lill-konvenut u, skont il-każ, l-intervenjenti, għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tal-applikazzjoni għal revoka: it-trade mark verbali "PALMA MULATA" għal prodotti fil-klassi 33 - Trade mark Komunitarja rreġistrata bin-Nru 4 602 454

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Technoazúcar

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: applikazzjoni għal revoka miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009

____________