Language of document : ECLI:EU:T:2022:295





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-18 ta’ April 2013 — Adiamix

(Kawża C‑368/12)

“Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura — Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara skema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Irkupru tal-għajnuna — Evalwazzjoni tal-validità ta’ att tal-Unjoni — Assenza ta’ preċiżazzjonijiet dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domandi preliminari — Inammissibbiltà manifesta”

1.                     Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali — Evalwazzjoni tan-neċessità u tar-rilevanza tad-domandi magħmula (Artikolu 267 TFUE) (ara l-punt 16)

2.                     Domandi preliminari — Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja — Kontestazzjoni tal-validità ta’ att tal-Unjoni quddiem il-qorti nazzjonali — Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali — Dubju dwar il-validità — Obbligu ta’ rinviju (Artikolu 267 TFUE) (ara l-punti 17‑19)

3.                     Domandi preliminari — Ammissibbiltà — Talba li ma tipprovdi l-ebda preċiżazzjoni fuq il-kuntest fattwali u leġiżlattiv u li ma tesponix ir-raġunijiet li jiġġustifikaw ir-rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja — Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 267 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 94) (ara l-punti 20‑22, 24, 25, 27‑34)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour administrative d’appel de Nantes — Validità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/343/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2003, dwar l-iskema ta’ għajnuna implementata minn Franza dwar it-teħid ta’ kontroll ta’ impriżi f’diffikultà (ĠU L 108, p. 38).

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative d’appel de Nantes (Franza), permezz ta’ deċiżjoni tas-26 ta’ Lulju 2012, hija manifestament inammissibbli.