Language of document : ECLI:EU:T:2007:366





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2007 – Kapman vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ xafra ta’ serrieq ta’ lewn blu)

(Kawża T-127/06)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta xafra ta’ serrieq ta’ lewn blu – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Rikors manifestament infondat fid-dritt”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 24-25, 27, 29)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI ta’ l-10 ta’ Frar 2006 (Każ R 303/2004-2) li tirrifjuta r-reġistrazzjoni ta’ trade mark figurattiva ta’ lewn blu li tirrappreżenta xafra ta’ serrieq, bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

2)

Kapman AB hija kkundannata għall-ispejjeż.