Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Jannar 2008 - Japan Tobacco vs L-UASI - Torrefacção Camelo (CAMELO)

(Kawża T-128/06)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva CAMELO - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti CAMEL - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' riskju li jittieħed vantaġġ inġust mill-karattru distintiv u mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti u nuqqas ta' riskju ta' ħsara għal dawn ta' l-aħħar - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Nuqqas ta' ksur tar-regoli tal-proċedura ta' appell - Artikolu 74 tar-Regolament Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Japan Tabacco, Inc. (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentanti: A.Ortiz López, S. Ferrandis González u E.Ochoa Santamaría, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Torrefacção Camelo Lda (Campo Maior, il-Portugall) (rappreżentanti: A. De Sampaio, I. Carvalho Franco u C. de Almeida Carvalho, avukati)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-22 ta' Frar 2006 (Każ R 669/2003-2), dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Japan Tabacco, Inc. u Torrefacção Camelo Lda.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Japan Tobacco, Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

Torrefacção Camelo Lda għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 154, 1.7.2006.