Language of document : ECLI:EU:T:2007:188





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2007 – Drax Power et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-130/06)

“Rikors għal annullament – Ambjent – Direttiva 2003/87/KE – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra – Proposta għal emenda tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni ta’ kwoti – Rifjut tal-Kummissjoni – Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Impatt dirett – Kriterji (Artikolu 230 KE; Direttiva 2003/87 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikolu 9(1) u (3), u Artikolu 11(1)) (ara l-punti 48, 56-58)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 426 finali, tat-22 ta’ Frar 2006, dwar il-proposta għal emenda tal-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra, innotifikata mir-Renju Unit skond id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.