Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Lulju 2007 - Mulhens vs L-UASI - Minoronzoni (TOSCA BLU)

(Kawża T-150/04)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva TOSCA BLU - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti TOSCA - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Trade mark magħrufa sew skond l-Artikolu 6A tal-Konvenzjoni ta' Pariġi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Mülhens GmbH & Co. KG (Kolonja, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Schulte-Beckhausen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment M. Capostagno, wara O. Montalto, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Minoronzoni Srl (Ponte San Pietro, l-Italja) (rappreżentanti: G. Floridia, F. Polettini u R. Floridia, avukati)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' Appell ta' l-UASI tat-18 ta' Frar 2004 (Każ R 949/2001-1) rigward proċedura ta' oppożizzjoni bejn Mülhens GmbH & Co. KG u Minoronzoni Srl.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Mülhens GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 239, 25.9.2004.