Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Lulju 2011 - Hitachi et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-112/07)1

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-proġetti li jirrigwardaw switchgear insulat bil-gass - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Tqassim tas-suq - Drittijiet tad-difiża - Prova tal-ksur - Ksur uniku u kontinwat- Multi - Gravità u tul tal-ksur - Effett dissważiv - Kooperazzjoni)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hitachi Ltd (Tokyo, il-Ġappun); Hitachi Europe Ltd (Maidenhead, ir-Renju Unit); u Japan AE Power Systems Corp. (Tokyo) (rappreżentanti: M. Reynolds, P. Mansfield u B. Roy, solicitors, D. Arts, avukat, N. Green, QC, u S. Singla, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Arbault, sussegwentement minn X. Lewis, imbagħad minn P. Van Nuffel u J. Bourke, u finalment minn P. Van Nuffel, N. Khan u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti minn J. Holmes, barrister)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annulament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 6762 finali, tal-24 ta' Jannar 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 ŻEE (Każ COMP/F/38.899 - Switchgear insulat bil-gass), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u talba għall-annullament tal-multi imposti fuqhom, sussidjarjament, talba għall-annullament tal-Artikolu 2 tal-imsemmija deċiżjoni sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrenti u, iktar sussidjarjament, talba għat-tħassir jew għal tnaqqis tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Ir-rikorrenti huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 129, 9.6.2007.