Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' April 2007 - L'Oréal vs L-UASI - Spa Monopole (SPA THERAPY)

(Kawża T-109/07)

Lingwa tar-rikors: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: L'Oréal SA (Pariġi, Franża) (rappreżentant: E. Baud, avocat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (UASI)

Partijiet oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: SA Spa Monopole, Compagnie fermière de Spa, fil-qosor SA Spa Monopole NV (Spa, Il-Belġju)

Talbiet tar-rikorrenti

L-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI mogħtija fl-24 ta' Jannar 2007 (każ R 468/2005-4);

tikkundanna lir-rikorrenti, u jekk ikun il-każ l-intervenjenti, jbatu l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "SPA THERAPY" għal prodotti fil-klassi 3 - applikazzjoni Nru 1 975 283

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: SA Spa Monopole, Compagnie fermière de Spa, fil-qosor SA Spa Monopole NV

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark verbali Benelux "SPA" għal prodotti fil-klassi 3

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa għat-totalità tal-prodotti kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda tar-rikors tar-rikorrenti

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/941 minħabba li l-Bord ta' l-Appell wettaq żball billi kkonstata li s-sinjali in kwistjoni huma simili u minħabba li, skond ir-rikorrenti, mhemmx riskju ta' konfużjoni f'dan il-każ.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1)