Language of document : ECLI:EU:T:2014:199

Kawża T‑623/11

Pico Food GmbH

vs

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja MILANÓWEK CREAM FUDGE – Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw baqra, Original Sahne Muh-Muhs HANDGESCHNITTEN HANDGEWICKELT u SAHNE TOFFEE LUXURY CREAM FUDGE – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ April 2014

1.      Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Eżami ex officio tal-fatti – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Eżami limitat għall-motivi invokati – Teħid inkunsiderazzjoni tal-fatti magħrufa – Eżami ex officio ta’ punt ta’ liġi – Kundizzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(1))

2.      Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

3.      Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Trade mark kumplessa

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

4.      Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Trade mark preċedenti li ma tiġix irreġistrata b’kulur partikolari

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

5.      Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark figurattiva li tirrappreżenta baqra u li tinkludi l-elementi verbali MILANÓWEK CREAM FUDGE – Trade marks figurattivi li jirrappreżentaw baqra u li jinkludu l-elementi verbali Original Sahne Muh-Muhs HANDGESCHNITTEN HANDGEWICKELT u SAHNE TOFFEE LUXURY CREAM FUDGE

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

6.      Trade mark Komunitarja – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ legalità – Neċessità ta’ eżami strett u komplet f’kull każ konkret

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009)

1.      Mill-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja jirriżulta li l-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), meta jiddeċiedi dwar rikors kontra deċiżjoni li tagħlaq proċedimenti ta’ oppożizzjoni, jista’ jibbaża d-deċiżjoni tiegħu biss fuq ir-raġunijiet relattivi għal rifjut li ġew invokati mill-parti kkonċernata kif ukoll fuq il-fatti u l-provi relattivi ppreżentati mill-partijiet. Madankollu, dan ma jeskludix, b’mod partikolari, li l-Bord tal-Appell jista’ jieħu inkunsiderazzjoni, minbarra l-fatti mressqa espressament mill-partijiet fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni, fatti magħrufa, u lanqas li dan jeżamina punt ta’ liġi, anki jekk dan ma jkunx tqajjem mill-partijiet, jekk deċiżjoni fuq dan il-punt tkun neċessarja sabiex tiġi żgurata applikazzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi rilevanti.

(ara l-punt 19)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 28-31)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 36)

4.      Fil-kuntest tal-eżvalwazzjoni tal-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja, il-paragun għandu jsir bejn is-sinjali kif ġew irreġistrati jew kif jidhru fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni.

F’dan ir-rigward, meta trade mark Komunitarja ma tiġix irreġistrata b’kulur partikolari, il-proprjetarju tat-trade mark jista’ jużaha b’kulur jew b’kombinazzjoni ta’ kuluri u jikseb għaliha, fejn ikun xieraq, il-protezzjoni skont it-testi rilevanti applikabbli, b’mod partikolari jekk dan il-kulur jew din il-kombinazzjoni ta’ kuluri jkunu saru, għall-parti kbira mill-pubbliku, dawk assoċjati ma’ din it-trade mark preċedenti permezz tal-użu li sar minnha mill-proprjetarju tagħha. Madankollu dan ma jfissirx li r-reġistrazzjoni ta’ trade mark li ma tindika l-ebda kulur partikolari tkopri kull kombinazzjoni ta’ kuluri li huma inklużi fir-rappreżentazzjoni grafika.

(ara l-punti 38, 39)

5.      Ma teżisti, għall-konsumaturi medji Ġermaniżi, l-ebda probabbiltà ta’ konfużjoni fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja bejn is-sinjal figurattiv li jirrappreżenta baqra u li jinkludi l-elementi verbali MILANÓWEK CREAM FUDGE, li ntalbet ir-reġistrazzjoni tiegħu bħala trade mark Komunitarja għal “frott imdawwar u miksi biċ-ċikkulata, għeneb imdawwar biċ-ċikkulata, ġellewż imdawwar u miksi biċ-ċikkulata, karawett imdawwar u miksi biċ-ċikkulata, ġelatina tal-frott, ħelu, prodotti tal-għaġina u prodotti ħelwin, b’mod partikolari ħelu, karamelli, pralini, ċikkulata, ċikkulatini, ħelu miksi biċ-ċikkulata, biċċiet sħaħ ta’ ċikkulata, kejkijiet żgħar (waffles), prodotti tal-għaġina, prodotti tal-għaġina biċ-ċikkulata” li jaqgħu fil-klassi 30 skont il-Ftehim ta’ Nice, u t-trade marks figurattivi li jirrappreżentaw baqra u li jinkludu l-elementi verbali Original Sahne Muh-Muhs HANDGESCHNITTEN HANDGEWICKELT u SAHNE TOFFEE LUXURY CREAM FUDGE, kif ukoll trade marks oħra qrib ta’ waħda minn dawn tal-aħħar, irreġistrati preċedentement fil-Ġermanja għal “biċċiet sħaħ ta’ ċikkulata, prodotti taċ-ċikkulata, prodotti ħelwin, ħelu, karamelli, b’mod partikolari dawk prodotti mill-ħalib, mill-krema u/jew mill-butir” li jaqgħu fl-istess klassi, peress li s-sinjali kunfliġġenti jippreżentaw differenzi kbar, anki jekk hemm ċertu xebh bejniethom fid-dawl b’mod partikolari tal-preżenza ta’ element figurattiv li jirrappreżenta baqra. Fil-fatt, ir-rappreżentazzjoni ta’ baqra tippreżenta karattru allużiv fir-rigward tal-prodotti kkonċernati. Għaldaqstant, dan l-element għandu karattru distintiv dgħajjef.

Barra minn hekk, anki jekk jiġi preżunt li t-trade marks preċedenti jibbenefikaw minn karattru distintiv imsaħħaħ mill-użu fit-territorju rilevanti, dan l-eventwali fatt ma jippermettix li jiġi konkluż li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni f’dan il-każ, u dan minkejja l-identiċità tal-prodotti kkonċernati. F’dan ir-rigward, teżisti differenza bejn il-fatt li jiġi kkunsidrat, fil-kuntest tal-paragun tas-sinjali, li wieħed mill-elementi li jikkostitwixxu trade mark kumplessa għandu karattru distintiv dgħajjef u l-fatt li jiġi kkunsidrat, fil-kuntest tal-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni, li trade mark preċedenti tibbenefika jew le, minn karattru distintiv imsaħħaħ bl-użu.

(ara l-punti 44, 46, 50-52)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 45)