Language of document : ECLI:EU:T:2011:452





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Settembru 2011 – Omnicare vs UASI – Astellas Pharma (OMNICARE CLINICAL RESEARCH)

(Kawża T-289/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali OMNICARE CLINICAL RESEARCH – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti OMNICARE – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Xebh tas-servizzi – Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 95)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Mejju 2009 (Każ R 401/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Yamanouchi Pharma GmbH u Omnicare, Inc.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Omnicare, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.