Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2013 – Raffinerie Heide vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-631/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Raffinerie Heide GmbH (Hemmingstedt, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Karpenstein, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 240, p. 27), sa fejn skont l-Artikolu 1(1) flimkien mal-Anness I(A), ġew miċħuda l-inklużjoni tar-rikorrenti fir-reġistru taħt l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE u l-ammonti annwali totali preliminari ta’ kwoti ta’ emissjonijiet li l-investiment tar-rikorrenti skont is-simbolu DE000000000000010 li għandhom jiġu allokati mingħajr ħlas,

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali

F’dan ir-rigward, fost affarijiet oħra, ir-rikorrenti ssostni li s-sistema kummerċjali tal-Unjoni għal kwoti ta’ emissjonijiet għat-tielet perijodu ta’ skambju (2013 sa 2020) ma teskludix l-għoti f’każijiet partikolarment gravi u ma teħlisx lill-Kummissjoni mill-obbligu, fit-teħid ta’ deċiżjonijiet, sabiex jikkonformaw mad-drittijiet fundamentali tal-kumpanniji u mal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Il-Kummissjoni naqset milli tagħmel dan u għalhekk kisret id-diskrezzjoni konċessa lilha fl-evalwazzjoni tagħha skont id-dritt tal-Unjoni.It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrentiFuq dan il-punt, ir-rikorrenti ssostni li r-rifjut tal-allokazzjoni mitluba mill-awtorità nazzjonali kompetenti tikser id-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti skont l-Artikolu 17 u l-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipju ta’ proporzjonalità. Il-fatt li fir-rigward tar-rikorrenti tiġi imposta suballokazzjoni tal-kwoti tagħha twassal għal nuqqas manifestament sproporzjonat li ma kienx l-għan tad-Direttiva 2003/87/KE. Dan iwassal għal sitwazzjoni fejn l-eżistenza ta’ kumpannija, bħar-rikorrenti, tkun mhedda sabiex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija mid-Direttiva li ma humiex adatti, neċessarji jew proporzjonati.

____________

____________

1 Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti