Language of document : ECLI:EU:T:2014:828





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Settembru 2014 – Arctic Paper Mochenwangen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑634/13)

“Ambjent – Direttiva 2003/87/KE – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra – Regoli tranżitorji dwar l-allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet b’effett mill-2013 – Deċiżjoni 2011/278/UE – Miżuri nazzjonali ta’ implementazzjoni ppreżentati mill-Ġermanja – Klawżola dwar il-każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi – Libertà tal-intrapriża – Dritt għall-proprjetà – Proporzjonalità”

1.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Interess dirett – Deċiżjoni tal-Kummissjoni indirizzata lill-Istati Membri dwar l-allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra – Determinazzjoni definittiva tal-fatturi kollha li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fir-rigward tal-miżuri nazzjonali ta’ implementazzjoni – Implementazzjoni ta’ natura purament awtomatika – Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri – Assenza (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, Artikolu 11; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448) (ara l-punti 27-35)

2.                     Ambjent – Tniġġis atmosferiku – Direttiva 2003/87 – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra – Regoli tranżitorji dwar l-allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti – Natura eżawrjenti tar-regoli armonizzati dwar l-allokazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Assenza – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-allokazzjoni ta’ kwoti fuq il-bażi ta’ klawżola dwar il-każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ drittijiet fundamentali – Assenza (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, Artikoli 10a u 11; Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2011/278, Artikoli 10 u 15(3), u 2013/448) (ara l-punti 39-45)

3.                     Ambjent – Tniġġis atmosferiku – Direttiva 2003/87 – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra – Regoli tranżitorji dwar l-allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti – Assenza ta’ klawżola dwar il-każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi – Ksur ta’ drittijiet fundamentali – Assenza (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 15 sa 17; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, Artikoli 10a u 11; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278) (ara l-punti 54-69)

4.                     Ambjent – Tniġġis atmosferiku – Direttiva 2003/87 – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra – Regoli tranżitorji dwar l-allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti – Assenza ta’ klawżola dwar il-każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, Artikoli 10a u 11; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278) (ara l-punti 70-73, 76-80, 84-89)

5.                     Ambjent – Tniġġis atmosferiku – Direttiva 2003/87 – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra – Regoli tranżitorji dwar l-allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti – Natura eżawrjenti tar-regoli armonizzati dwar l-allokazzjoni – Allokazzjoni fuq il-bażi ta’ regola nazzjonali li tmur lil hinn mir-regoli armonizzati – Inkompatibbiltà – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-allokazzjoni ta’ kwoti fuq il-bażi ta’ klawżola dwar il-każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi – Nuqqas ta’ osservanza mill-Kummissjoni tar-regoli armonizzati dwar l-allokazzjoni – Assenza (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, Artikoli 10a u 11; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278) (ara l-punti 94-100)

6.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal smigħ – Portata – Allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra – Kontroll mill-Kummissjoni – Assenza ta’ possibbiltà għall-operaturi tal-installazzjonijiet ikkonċernati li jesprimu l-pożizzjoni tagħhom – Ksur tad-dritt għal smigħ fil-każ li tiġi rrifjutata l-inklużjoni fil-lista ta’ installazzjonijiet eliġibbli għall-kwoti mingħajr ħlas – Assenza (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(a); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, Artikolu 11) (ara l-punti 102-105)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 240, p. 27), sa fejn jiċħad l-inklużjoni tal-installazzjoni bil-kodiċi ta’ identifikazzjoni DE000000000000563 fil-lista ta’ installazzjonijiet prevista fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631), u l-kwantitajiet annwali totali provviżorji tal-kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil din l-installazzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Arctic Paper Mochenwangen GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.