Language of document : ECLI:EU:T:2015:674





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Settembru 2015 –
Reed Exhibitions vs UASI (INFOSECURITY)

(Kawża T‑633/13)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali INFOSECURITY – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Assenza ta’ karattru distintiv – Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Artikoli 7(1)(b) u (ċ) u 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott – Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 21‑23)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott – Evalwazzjoni tal-karattru deskrittiv ta’ sinjal – Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punt 24)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott – Kunċett – Neoloġiżmu kompost minn elementi deskrittivi ta’ karatteristiċi tal-prodotti jew tas-servizzi kkonċernati – Inklużjoni fl-assenza ta’ karattru mhux tas-soltu tal-assoċjazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 25, 36)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott – Trade mark verbali INFOSECURITY (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 37, 41, 49‑51)

5.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Eżami separat tar-raġunijiet ta’ rifjut fir-rigward ta’ kull wieħed mill-prodotti jew mis-servizzi msemmija fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni tar-rifjut ta’ reġistrazzjoni – Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)u 73) (ara l-punti 45, 46)

6.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(3)) (ara l-punti 67‑71, 94)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1544/2012‑5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali INFOSECURITY bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Reed Exhibitions Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.