Language of document : ECLI:EU:T:2014:31





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Jannar 2014 – Investigación y Desarrollo en Soluciones y Servicios IT vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-134/12)

“Rikors għal annullament u għad-danni – Kuntratti li jikkonċernaw għajnuna finanzjarja tal-Unjoni favur proġetti fis-settur tar-riċerka u l-iżvilupp – Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà – Assenza ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid tat-talbiet – Inammissibbiltà”

1.                     Proċedura ġudizzjarja – Bażi legali ta’ rikors – Għażla li għandha ssir mir-rikorrent u mhux mill-qorti tal-Unjoni – Ammissibbiltà evalwata fid-dawl tal-għażla tar-rikorrent (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 31-33)

2.                     Rikors għal annullament – Rikors li fil-verità jirrigwarda tilwima ta’ natura kuntrattwali – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Inammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 34, 47)

3.                     Rikors għal annullament – Rikors li fil-verità jirrigwarda tilwima ta’ natura kuntrattwali – Klassifikazzjoni mill-ġdid tar-rikors – Esklużjoni (Artikoli 263 TFUE u 272 TFUE) (ara l-punti 48-52, 85, 86, 90)

4.                     Rikors għad-danni – Awtonomija fir-rigward tar-rikors għal annullament – Rikors intiż għall-irtirar ta’ deċiżjoni individwali li saret definittiva – Inammissibbiltà (Artikoli 263 TFUE u 340 TFUE) (ara l-punti 59-62)

5.                     Rikors għad-danni – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Limiti – Natura tar-responsabbiltà invokata – Verifika mill-qorti – Rikors li jimplika l‑evalwazzjoni tad-drittijiet u tal-obbligi ta’ natura kuntrattwali (Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 73, 78, 80, 84)

6.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Assenza – Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c)) (ara l-punti 93-95)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Jannar 2012 dwar l-irkupru tal-ammonti msemmija fin-noti ta’ debitu li jikkorrispondu għall-awditu finanzjarju li ġiet suġġetta għalih ir-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni mhux kuntrattwali intiża sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata għall-ħlas tad-danni fl-ammont ta’ EUR 732 768.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Investigación y Desarrollo en Soluciones y Servicios IT, SA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.