Language of document : ECLI:EU:T:2015:116





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 —

Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑135/12)

“Għajnuna mill-Istat — Irtirar — Għajnuna li tirrigwarda r-riforma tal-metodu ta’ finanzjament tal-irtirar tal-uffiċjali tal-Istat li jaħdmu ma’ France Télécom — Tnaqqis tal-korrispettiv dovut lill-Istat minn France Télécom — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet — Vantaġġ”

1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Intervent mill-Istat li jtaffi l-ispejjeż li normalment huma ta’ piż għall-baġit ta’ impriża — Tnaqqis tal-ispejjeż marbuta mar-remunerazzjoni tal-impjegati — Inklużjoni (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 33-36)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Intervent mill-Istat li jtaffi l-ispejjeż li normalment huma ta’ piż għall-baġit ta’ impriża — Inklużjoni — Miżura li tipprovdi għall-metodu ta’ finanzjament tal-irtirar tal-uffiċjali li jaħdum mal-impriża benefiċċjarja — Tnaqqis tal-korrispettiv imħallas mill-impriża benefiċċjarja lill-Istat — Inklużjoni (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 37-40)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Intervent mill-Istat li jtaffi l-ispejjeż li normalment huma ta’ piż għall-baġit ta’ impriża — Miżura intiża li tikkumpensa żvantaġġ strutturali kkostitwit mill-obbligi addizzjonali marbuta mal-irtirar tal-uffiċjali marbuta mal-impriża benefiċjarja — Inklużjoni (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 41, 42)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Natura selettiva tal-miżura — Miżura ad hoc li tikkonċerna impriża waħda — Inklużjoni — Neċessità ta’ paragun tal-benefiċċjarju ma’ operaturi oħra li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u ġuridika paragunabbli fir-rigward tal-għan segwit mill-miżura — Assenza (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 44, 45)

5.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jistgħu jaffettwaw sitwazzjoni legali partikolari — Rikors ippreżentat biss kontra l-motivazzjoni ta’ att — Inammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 51)

6.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Projbizzjoni — Derogi — Għajnuna li tista’ tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mas-suq intern — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Evalwazzjoni ekonomika kumplessa — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (Artikolu 107(1) u (3)(TFUE) (ara l-punti 61-64)

7.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Projbizzjoni — Derogi — Għajnuna li tista’ tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mas-suq intern — Applikazzjoni tar-rati stabbiliti fl-Avviż dwar ir-rati ta’ riferiment — Ammissibbiltà (Artikolu 107(3)(c) TFUE); Avviż tal-Kummissjoni 96/C 232/06) (ara l-punti 98-104)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Diċembru 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 25/08 (ex NN 23/08) riforma tal-mod ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-uffiċjali tal-Istat li jaħdmu ma’ France Télécom imwettqa mir-Repubblika Franċiża favur France Télécom (ĠU 2012, L 279, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.