Language of document : ECLI:EU:T:2013:105





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il‑Ħames Awla) tas-7 ta’ Marzu 2013 — UOP vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑198/09)

“Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħlaq proċedura fil-qasam tal-għajnuna — Impriża kompetitriċi tal-impriża benefiċjarja tal-għajnuna — Dritt għal azzjoni legali — Kundizzjonijiet (Artikolu 88(2  KE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 22-27, 35)

2.                     Proċedura — Terminu għall-produzzjoni tal-provi — Artikolu 48(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali — Kamp ta’ applikazzjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 48(1) u 66(2)) (ara l-punt 32)

Suġġett

Annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/157/KE, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar il-miżura ta’ għajnuna implimentata minn Franza favur il-grupp IFP [C 51/05 (ex NN 84/05)] (ĠU L 53, p. 13).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

UOP Ltd għandha tbati l-ispejjeż kollha tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-IFP.