Language of document :





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-18 ta’ Mejju 2010 – Abertis Infraestructuras vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-200/09)

“Rikors għal annullament – Konċentrazzjonijiet – Deċiżjoni li tingħalaq il-proċedura miftuħa abbażi tal-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Bidu tad-dekorrenza – Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament - Termini - Bidu tad-dekorrenza - Att mhux innotifikat lir-rikorrent (il-ħames paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 47, 63)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Awwissu 2008, li tingħalaq il-proċedura miftuħa abbażi tal-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal‑Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40), fir-rigward ta’ operazzjoni ta’ konċentrazzjoni bejn ir-rikorrenti u Autostrade SpA (Każ COMP/M.4388 – Abertis/Autostrade).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Abertis Infraestructuras, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.