Language of document : ECLI:EU:T:2014:948

Kawża T‑653/11

Aiman Jaber

vs

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Rikors għal annullament — Terminu tar-rikors — Inammissibbiltà parzjali — Interess ġuridiku — Oneru tal-prova — Modulazzjoni ratione temporis tal-effetti ta’ annullament”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Novembru 2014

1.      Rikors għal annullament — Termini — Bidu tad-dekorrenza — Att li jinvolvi miżuri restrittivi fir-rigward ta’ persuna jew ta’ entità — Att ippubblikat u kkomunikat lid-destinatarji — Data tal-komunikazzjoni tal-att — Komunikazzjoni lill-persuna interessata permezz ta’ pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet — Impossibbiltà għall-Kunsill li jwettaq notifika

(is-sitt subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102(1) u (2); Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/273/PESK, 2011/488/PESK u 2011/782/PESK ; Regolamenti tal-Kunsill Nru 442/2011 u Nru 755/2011)

2.      Proċedura ġudizzjarja — Termini għall-preżentata ta’ rikors — Dekadenza — Każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri

(is-sitt subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45)

3.      Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Kunċett — Neċessità ta’ interess reali u attwali — Rikors li jista’ jagħti benefiċċju lir-rikorrent — Interess li għandu jibqa’ jeżisti sal-adozzjoni tad-deċiżjoni ġudizzjarja — Att li jħassar u li jissostitwixxi l-att ikkontestat matul l-istanza — Assenza ta’ ġustifikazzjoni tal-interess ġuridiku tar-rikorrent — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni

(ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/782/PESK, 2012/739/PESK u 2013/185/PESK)

4.      Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Portata tal-istħarriġ

(Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 36/2012 u Nru 363/2013)

5.      Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Limitazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fis-Sirja — Riskju ta’ ksur serju u irreversibbli lill-effettività ta’ kull iffriżar ta’ beni li jista’, fil-ġejjieni, jiġi deċiż mill-Kunsill kontra l-persuni milquta mill-att annullat — Żamma tal-effetti tad-deċiżjonijiet u tar-regolamenti annullati sal-iskadenza tat-terminu għall-appell jew saċ-ċħid tiegħu

(it-tieni subparagrafu tal-Artikoli 264 TFUE u 266 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 56, u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 60; Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 36/2012 u Nru 363/2013)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 38-40, 46-50)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 48)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 53-56, 63-68)

4.      Fir-rigward tal-atti tal-Kunsill li jimponu miżuri restrittivi kontra s-Sirja, l-effettività tal-istħarriġ ġudizzjarju żgurat mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea teżiġi b’mod partikolari li, abbażi tal-istħarriġ tal-legalità tal-motivi li hija bbażata fuqhom id-Deċiżjoni li jiġi inkluż jew jinżamm l-isem ta’ persuna determinata fil-listi ta’ persuni kkonċernati minn sanzjonijiet, il-Qorti tal-Unjoni għandha tiżgura li din id-deċiżjoni tistrieħ fuq bażi fattwali solida biżżejjed. Dan jimplika verifika tal-fatti allegati fl-espożizzjoni tal-motivi li jsostnu d-deċiżjoni msemmija, b’tali mod li l-istħarriġ ġudizzjarju ma jkunx limitat għall-evalwazzjoni tal-probabbiltà astratta tal-motivi invokati, iżda jkun jirrigwarda l-punt jekk dawn il-motivi, jew, għall-inqas, wieħed minn dawk li minnu nnifsu jitqies bħala suffiċjenti biex isostni din id-deċiżjoni, humiex sostnuti. Hija l-awtorità kompetenti tal-Unjoni li għandha, fil-każ ta’ kontestazzjoni, tistabbilixxi l-fondatezza tal-motivi użati kontra l-persuna kkonċernata, u mhux din tal-aħħar li tipproduċi l-prova negattiva tal-assenza ta’ fondatezza ta’ dawn il-motivi. Huwa importanti li l-informazzjoni jew il-provi ppreżentati mill-awtorità inkwistjoni jsostnu l-motivi użati kontra l-persuna kkonċernata. Jekk dawn il-provi ma jippermettux li tiġi kkonstatata l-fondatezza ta’ motiv, il-Qorti tal-Unjoni għandha tiċħdu bħala bażi għad-Deċiżjoni dwar l-inklużjoni jew iż-żamma tal-inklużjoni inkwistjoni.

Meta l-provi ppreżentati mill-Kunsill ma jkun fihom ebda ħjiel li jista’ jsostni l-allegazzjonijiet kontra r-rikorrent, isegwi li l-Kunsill ma ssodisfax l-oneru tal-prova li kellu abbażi tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

(ara l-punti 80, 81, 85, 86)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 88-94)