Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2023 – Lotus Bakeries vs EUIPO (Kombinazzjoni tal-kuluri aħmar u abjad)

(Kawża T-1096/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Lotus Bakeries (Lembeke, il-Belġju) (rappreżentant: C. Gommers, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea (kulur li jirrappreżenta l-kombinazzjoni tal-kuluri aħmar u abjad) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 659 684

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Settembru 2023 fil-Każ R 730/2023-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tibgħat it-trade mark inkwistjoni lura lill-EUIPO ghal eżami;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell.

.Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 4 u l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament.

____________