Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2023 – Usmanov vs Il-Kunsill

(Kawża T-1117/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Alisher Usmanov (Taxkent, l-Użbekistan) (rappreżentanti: D. Rovetta, M. Campa, M. Moretto, V. Villante u M. Pirovano, lawyers)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

Tannulla :

id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1767 tat-13 ta’ Settembru 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna  1 , u

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1765 tat-13 ta’ Settembru 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna 1  ;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ żnaturament tal-provi u tal-fatti rilevanti kif ukoll in-nuqqas ta’ affidabbiltà, preċiżjoni u valur probatorju tal-provi invokati mill-Kunsill.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni tal-ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva kif ukoll tal-obbligu ta’ motivazzjoni mill-Kunsill.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni tal-ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni.

Il-ħames motiv ibbażat fuq, l-allegazzjoni tal-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Is-sitt motiv ibbażat fuq, l-allegazzjoni tal-ksur tad-drittijiet fundamentali għall-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-proprjetà.

____________

1     ĠU 2023, L 226, p. 104.

1     ĠU 2023, L 226, p. 3.