Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Jannar 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs United Parcel Service, Inc., FedEx Corp.

(Kawża C-265/17 P) 1

(Appell – Kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi – Akkwist ta’ TNT Express minn UPS – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE – Mudell ekonometriku mfassal mill-Kummissjoni – Nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-emendi li saru għall-mudell ekonometriku – Ksur tad-drittijiet tad-difiża)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Christoforou, N. Khan, H. Leupold u A. Biolan, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: United Parcel Service, Inc. (rappreżentanti: A. Ryan, solicitor, F. Hoseinian, advokat, W. Knibbeler, S. A. Pliego u P. Van den Berg, advocaten, u F. Roscam Abbing, advocate), FedEx Corp. (rappreżentanti: F. Carlin, barrister, G. Bushell, solicitor, u N. Niejahr, Rechtsanwältin)

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 231, 17.07.2017