Language of document : ECLI:EU:C:2019:23

Kawża C-265/17 P

Il-Kummissjoni Ewropea

vs

United Parcel Service, Inc

 Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Jannar 2019

“Appell – Kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi – Akkwist ta’ TNT Express minn UPS – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE – Mudell ekonometriku mfassal mill-Kummissjoni – Nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-emendi li saru għall-mudell ekonometriku – Ksur tad-drittijiet tad-difiża”

1.        Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

(Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

(ara l-punti 11, 12)

2.        Appell – Aggravji – Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali – Inammissibbiltà – Kontestazzjoni tal-interpretazzjoni jew tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mwettqa mill-Qorti Ġenerali – Ammissibbiltà

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 168(1)(d))

(ara l-punti 14 sa 16)

3.        Konċentrazzjonijiet bejn impriżi – Proċedura amministrattiva – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Smigħ tal-impriżi – Obbligu tal-Kummissjoni li tikkomunika lill-impriża kkonċernata l-verżjoni finali tal-mudell ekonometriku użat qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata

(Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004, Artikolu 18(3); Regolament tal-Kummissjoni Nru 802/2004, Artikoli 13(2) u 17)

(ara l-punti 28 sa 44)

4.        Konċentrazzjonijiet bejn impriżi – Proċedura amministrattiva – Rispett tad-drittijiet tad-difiża (Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004, Artikolu 18(3); Regolament tal-Kummissjoni Nru 802/2004, Artikolu 13(2))

(ara l-punti 53 sa 56)

Ara t-test tad-deċiżjoni.