Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta domstolen – l-Isvezja) – C More Entertainment AB vs Linus Sandberg

(Kawża C-279/13)1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Direttiva 2001/29/KE – Soċjetà tal-informazzjoni – Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Artikolu 3(2) – Xandira diretta ta’ avveniment sportiv fuq sit internet)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta domstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrento: C More Entertainment AB

Konvenuta: Linus Sandberg

Dispożittiv

L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li testendi d-dritt esklużiv tal-organi tax-xandir imsemmija fl-Artikolu 3(2)(d), fir-rigward ta’ atti ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku li jistgħu jikkostitwixxu trażmissjonijiet ta’ avvenimenti sportivi li jintwerew dirett fuq l-Internet, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, bil-kundizzjoni li tali estensjoni ma taffettwax il-protezzjoni tad-dritt tal-awtur.