Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ April 2015 – Schenker Customs Agency vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-576/11) 1

[“Unjoni doganali – Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni – Importazzjoni ta’ glifosat li joriġina mit-Tajwan – Applikazzjoni għal remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni mressqa minn aġent tad-dwana – Artikolu 239 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 – Klawżola ta’ ekwità – Eżistenza ta’ sitwazzjoni partikolari – Dikjarazzjonijiet ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera – Ċertifikati ta’ oriġini żbaljati – Kunċett ta’ negliġenza manifesta – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara r-remissjoni tad-dazji mhux iġġustifikata”]

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Schenker Customs Agency BV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. Biermasz u A. Jansen, avukati)Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment L. Keppenne u F. Wilman, sussegwentement A. Caeiros u B.-R. Killmann, aġenti, assistiti minn Y. Van Gerven, avukat)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 5208 finali, tas-27 ta’ Lulju 2011, li tikkonstata f’każ partikolari li r-remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni ma’ hijiex ġustifikata f’każ partikolari (Każ REM 01/2010).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Schenker Customs Agency BV hija kkundannata għall-ispejjeż

rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.