Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2021 – ZR vs EUIPO

(Kawża T-400/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZR (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Champetier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-EUIPO li tiċħad it-talba tar-rikorrent għal trasferiment mill-Kummissjoni Ewropea għall-EUIPO;

tannulla, sa fejn ikun meħtieġ, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrent imressaq bis-saħħa tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 4, 8, 27, 29 u 110 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-prinċipji ta’ kontinwità tal-uffiċjali tal-Unjoni, ta’ paragun tal-merti u ta’ trasparenza.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tad-dmir ta’ diliġenza, li wassal għal żball manifest ta’ evalwazzjoni.

____________