Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2021 – Copal Tree Brands vs EUIPO – Sumol + Compal Marcas (COPALLI)

(Kawża T-445/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Copal Tree Brands, Inc. (Oakland, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: B. Niemann Fadani, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sumol + Compal Marcas SA (Carnaxide, il-Portugall)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuż: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “COPALL” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 955 499

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Mejju 2021 fil-Każ R 1581/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-25 ta’ Mejju 2021 fil-Każ R 1581/2020-2 ;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tad-29 ta’ Mejju 2020 fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B3075279 ;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________