Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' April 2009 - Ilink Kommunikationssysteme vs UASI (ilink)

(Kawża T-161/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ilink Kommunikationssysteme GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Schütze, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-5 ta' Frar 2009 fil-Każ R 1849/2007-4 u

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "ilink" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 38 u 42

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni parzjalment irrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li issa huwa l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/20091), għaliex it-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni għandha l-karattru distintiv meħtieġ u għaliex ma jeżistix ir-rekwiżit ta' disponibbiltà.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja