Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Diċembru 2010 - Ilink Kommunikationssysteme vs UASI (ilink)

(Kawża T-161/09) 1

["Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ilink - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ilink Kommunikationssysteme GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Schütze, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta' Frar 2009 (Każ R 1849/2007-4), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ilink bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ilink Kommunikationssysteme GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 153, 04.07.2009.