Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Ottubru 2012 - MIP Metro vs UASI - J. C. Ribeiro (MISS B)

(Kawża T-485/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali MISS B - Trade Mark nazzjonali verbali preċedenti miss H - Trade Mark internazzjonali verbali preċedenti Miss H - Trade Marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti Miss H. - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: V. Melgar u P. Guimarães, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: J. C. Ribeiro, SGPS, SA (Vergada, il-Portugall) (rappreżentant: A. Freire Pinto, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta' Awwissu 2010 (Każ R 1526/2009-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG u J. C. Ribeiro, SGPS, SA.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-UASI.

3)    J. C. Ribeiro, SGPS, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 346, 18.12.2010.