Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2024 – Kantstraße Paris Bar vs EUIPO – Superstudio21 (Bar Paris)

(Kawża T-117/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Bar Paris – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea Paris Bar – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Kantstraße Paris Bar GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Osterrieth u U. Hildebrandt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Ringelhann u T. Klee, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Superstudio21 GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Tsoumanis, avukata)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-21 ta’ Diċembru 2022 (Każ R 299/2022-5).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kantstraße Paris Bar GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 134, 17.4.2023.