Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2024 – Vía Atlántica Adegas e Viñedos vs EUIPO – Casa Relvas (VIA ATLÁNTICA)

(Kawża T-301/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea VIA ATLÁNTICA – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti ATLÂNTICO – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Vía Atlántica Adegas e Viñedos, SL (Chantada, Spanja) (rappreżentant: E. Manresa Medina, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: T. Frydendahl, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali Casa Relvas Lda (Redondo, il-Portugall)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-10 ta’ Marzu 2023 (Każ R 1419/2022-4).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Vía Atlántica Adegas e Viñedos, SL u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1     ĠU C 252, 17.7.2023.