Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2024 – YU vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-529/23) 1

(“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Għajnuna mill-Istat – Ilment – Artikolu 1(h) tar-Regolament (UE) 2015/1589 – Kunċett ta’ “parti interessata” – Assenza ta’ locus standi – Rikors għal annullament – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Rikors manifestament inammissibbli – Talba għal għajnuna legali”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: YU (rappreżentant: L. Frölich, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky, I. Barcew u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jitlob, primarjament, abbażi tal-Artikolu 265 TFUE, li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li l-Kummissjoni Ewropea illegalment astjeniet milli tieħu pożizzjoni fuq l-ilmenti mressqa fil-każijiet SA.46963 u SA.52275 dwar allegata għajnuna mill-Istat mogħtija mill-awtoritajiet Franċiżi u, sussidjarjament, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-deċiżjonijiet li jinsabu fl-ittri tal-Kummissjoni tal-14 u tal-20 ta’ Lulju 2023 li din tal-aħħar indirizzatlu.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

It-talba għal għajnuna legali hija miċħuda.

YU hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C, C/2023/1165, 4.12.2023.