Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Ġunju 2008 - Gibtelecom vs Il-Kummissjoni

(Kawżi maqgħuda T-433/03, T-434/03, T-367/04 u T-244/05)1

("Kompetizzjoni - Telecommunicazzjonijiet - Deċiżjonijiet li jingħalqu l-każi dwar l-ilmenti bbażati fuq l-Artikolu 86 KE - Nuqqas ta' pożizzjoni mill-Kummissjoni fuq l-ilmenti bbażati fuq l-Artikolu 86 - Rikors għal annullament - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni -Nuqqas tas-suġġett tal-kawża matul il-proċedura - Mhemmx lok għal deċiżjoni ")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gibtelecom Ltd (Gibraltar) (rappreżentanti: M. Llamas, barrister, u B B. O'Connor, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: l-ewwel F. Castillo de la Torre u A. Whelan, wara F. Castillo de la Torre, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għal annullament tad-deċiżjonijiet allegati tal-Kummissjoni, datati is-17 ta' Ottubru 2003, il-5 ta' Lulju 2004 u s-26 ta' April 2005, li permezz tagħhom ingħalqu żewġ ilmenti li jitolbu l-Kummissjoni li tieħu azzjoni, abbażi ta' l-Artikolu 86(3) KE, sabiex twaqqaf l-ksur tal-liġi Komunitarja allegatament mwettqa mir-Renju ta' Spanja u, min-naħa l-oħra, talba sabiex jiġi kkonstatat, skond l-Artikolu 232 KE, li, billi naqset milli tieħu pożizzjoni fuq iktar azzjoni li hija pproponiet li tieħu fir-rigward ta' ċerti aspetti ta' wiħed minn dawn l-ilmenti, il-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt il-liġi Komunitarja.

Dispożittiv

Mhemmx lok għal deċiżjoni fuq ir-rikorsi;

Mhemmx lok għal deċiżjoni fuq it-talba ta' intervent ippreżentata mir-Renju ta' Spanja fil-kawża I-367/04.

Gibtelecom u l-Kummissjoni jbatu l-ispejjeż tagħhom stess.

____________

1 - ĠU C 59, 6.3.2004.