Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-550/08) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tax-xemgħa tal-paraffina – Koordinazzjoni u żieda fil-prezzijiet – Iffissar tal-prezzijiet – Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 – Drittijiet tad-difiża – Prova tal-ksur – Preskrizzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Itzen, J. Ziebarth, avukati, u S. Thomas, professur)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Antoniadis u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 5476 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2008, dwar proċudra ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81[KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.181 – Xema’ bajda), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea, inkluż dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.