Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – H&R ChemPharm vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-551/08) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tax-xama’ tal-paraffin – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Iffissar tal-prezzijiet – Prova tal-ksur – Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 – Perijodu ta’ referenza – Kalkolu tal-valur tal-bejgħ – Gravità tal-ksur – Konċentrazzjoni matul il-perijodu tal-ksur – Ugwaljanza fit-trattament – Proporzjonalità”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: H&R ChemPharm GmbH (Salzbergen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment M. Klusmann, avukat, u S. Thomas, professur, sussegwentement M. Klusmann)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Antoniadis u R. Sauer, aġenti)

SuġġettPrinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 5476 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.181 – Xama’ tax-xemgħa), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.H&R ChemPharm GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.H&R ChemP

harm hija kkundannata tirrimborsa lill-Qorti Ġenerali s-somma ta’ EUR 10 000 skont l-Artikolu 90(a) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha.