Language of document : ECLI:EU:T:2014:1079





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2014 —
Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen vs Il-Kummissjoni


(Kawża T‑550/08)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tax-xemgħa tal-paraffina — Koordinazzjoni u żieda fil-prezzijiet — Iffissar tal-prezzijiet — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Drittijiet tad-difiża — Prova tal-ksur — Preskrizzjoni”

1.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni li timponi multi għal ksur tar-regoli ta’ kompetizzjoni u li tikkonċerna diversi destinatarji — Neċessità ta’ motivazzjoni suffiċjenti fir-rigward ta’ kull wieħed mid-destinatarji (Artikoli 81 KE u 253 KE) (ara l-punti 32-36, 51, 53)

2.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Użu ta’ isem komuni għal żewġ kumpanniji li jagħmlu parti mill-istess grupp u li għandhom rabtiet personali u vertikali — Ksur tal-Artikolu 81 KE — Assenza (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 37-40, 54-65)

3.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet — Kontenut neċessarju — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Impriżi f’pożizzjoni li jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar il-fatti, ilmenti u ċirkostanzi allegati mill-Kummissjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(1)) (ara l-punti 68-76)

4.                     Akkordji — Ftehimiet bejn impriżi — Kunċett — Qbil tal-intenzjonijiet fir-rigward tal-aġir li għandu jiġi adottat fis-suq — Inklużjoni — Tkomplija tan-negozjati dwar ċerti elementi tar-restrizzjoni — Assenza ta’ effett (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 81-83, 136, 154)

5.                     Akkordji — Prattika miftiehma — Kunċett — Koordinazzjoni u kooperazzjoni inkompatibbli mal-obbligu għal kull impriża li tiddetermina b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq — Skambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri — Għan jew riżultat antikompetittiv (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 84, 85, 125, 138)

6.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Prova — Prova mogħtija minn numru ta’ indikazzjonijiet tal-ksur — Ammissibbiltà — Użu ta’ sensiela ta’ indizji — Grad ta’ saħħa probatorja neċessarja fir-rigward tal-indizji kkunsidrati individwalment — Provi dokumentali — Kriterji — Kredibbilttà tal-provi prodotti — Obbligi probatorji tal-impriżi li jikkontestaw ir-realtà tal-ksur (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 86, 90-101, 121, 159, 171, 191, 204)

7.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet fundamentali — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Proċeduri fil-qasam tal-kompetizzjoni — Applikabbiltà — Portata — Konsegwenzi (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 87-89)

8.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni — Forza probatorja tad-depożizzjonijiet volontarji magħmula kontra impriża mill-parteċipanti prinċipali f’akkorjdu sabiex jibbenefikaw mill-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni — Dikjarazzjonijiet li jmorru kontra l-interessi tal-imsemmija impriża — Valur probatorju għoli (Artikolu 81(1) KE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03) (ara l-punti 102-107, 120)

9.                     Akkordji — Ftehimiet bejn impriżi — Kunċett — Parteċipazzjoni f’laqgħat li għandhom skop antikompetittiv — Inklużjoni — Kundizzjoni — Assenza ta’ tbegħid mid-deċiżjonijiet meħuda — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 123, 124, 126, 214-216)

10.                     Akkordji — Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku — Impriżi li jistgħu jinstabu fi ksur li jikkonsisti fil-parteċipazzjoni f’akkordju globali — Kriterji (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 127)

11.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Preskrizzjoni fil-qasam tal-azzjonijiet — Bidu tad-dekorrenza — Ksur kontinwu jew kontinwat — Ġurnata ta’ meta waqaf il-ksur — Interruzzjoni — Deċijoni ta’ spezzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 25(1) sa (3) (ara l-punti 220-225)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 5476 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2008, dwar proċudra ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81[KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.181 — Xema’ bajda), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea, inkluż dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.