Language of document : ECLI:EU:T:2011:119





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 – Dover vs Il-Parlament

(Kawża T-149/09)

“Leġiżlazzjoni dwar l-ispejjeż u allowances tad-deputati tal-Parlament Ewropew – Kontroll dwar l-użu tal-allowances – Allowance ta’ assistenza parlamentari – Ġustifikazzjoni tal-ispejjeż – Irkupru tas-somom imħallsa indebitament”

1.                     Proċedura - Miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura - Talba għall-irtirar mill-fajl ta’ dokumenti interni - Dokumenti miksuba b’mod irregolari - Żamma fil-fajl - Kriterji (ara l-punti 61-63)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew dwar l-irkupru ta’ somom imħallsa lil deputat bħala allowances ta’ assistenza parlamentari - Obbligu ta’ motivazzjoni adegwata speċifika għal kull wieħed mill-ammonti meqjusa bħala mhux iġġustifikati (Artikolu 253 KE) (ara l-punti 98, 99, 109, 111)

3.                     Parlament - Leġiżlazzjoni dwar l-ispejjeż u allowances tad-deputati tal-Parlament Ewropew - Allowance ta’ assistenza parlamentari - Nuqqas ta’ dokumenti li juru użu konformi - Obbligu ta’ rimbors - Kundizzjonijiet għall-għoti tal-imsemmi allowance li jkunu sodisfatti fil-mument tat-talba - Nuqqas ta’ effett (ara l-punti 122-124)

4.                     Parlament - Leġiżlazzjoni dwar l-ispejjeż u allowances tad-deputati tal-Parlament Ewropew - Allowance ta’ assistenza parlamentari - Fornitur ta’ servizzi ta’ assistenza parlamentari li ma onorax l-obbligi fiskali tiegħu li jirriżultaw mill-onorarji relatati ma’ tali servizzi - Responsabbiltà tal-Membru tal-Parlament Ewropew li għamel it-talba fir-rigward ta’ din l-istituzzjoni - Assenza (ara l- punti 150-155)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni D (2009) 4639 tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, tad-29 ta’ Jannar 2009, dwar l-irkupru tas-somom imħallsa lir-rikorrent bħala allowances parlamentari.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni D (2009) 4639 tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, tad-29 ta’ Jannar 2009, hija annullata f’dak li jikkonċerna l-irkupru ta’ somma ta’ GBP 193 001.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Parlament u Densmore Ronald Dover għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.