Rikors ippreżentat fil-31 ta' Ottubru 2011 - Atlas sp. z. o.o. vs UASI - Couleurs de Tollens-Agora (ARTIS)
(Kawża T-558/11)
Lingwa tar-rikors: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Atlas sp. z. o.o. (Łódź, ir-Repubblika tal-Polonja) (rappreżentant: R. Rumpel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Couleurs de Tollens-Agora, S.a.s. (Clichy, Franza)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tiddikjara li r-rikors huwa ammissibbli;
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta' Lulju 2011, innotifikata lir-rikorrenti fis-7 ta' Settembru 2011, fil-Każ R 1253/2010-1;
sussidjarjament, tibdel id-deċiżjoni kkontestata u tirrikonoxxi r-reġistrazzjoni tat-trade mark "ARTIS";
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali "ARTIS" għal prodotti fil-klassijiet 2 u 17 - Applikazzjoni Nru 6158761
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Couleurs de Tollens-Agora S.a.s.
Trade mark jew sinjal invokat: trade mark verbali "ARTIS" irreġistrata fi Franza bin-numru 93 484 880 għal prodotti fil-klassijiet 1 u 19
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 , għal dak li jirrigwarda l-istabbiliment tax-xebh bejn it-trade marks u tal-probabbiltà ta' konfużjoni għall-konsumaturi.
____________1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas- 26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).